kwarantina – One News

Notifiki

Kwarantina obbligatorja għal kull min jasal fir-Renju Unit

Persuni li se jaslu fir-Renju Unit se jintalbu jagħmlu kwarantina ta’ 14-il jum mit-8 ta’ Ġunju ‘l quddiem. Dan sabiex jipprevju t-tixrid tal-Covid-19 fis-soċjetà.

Dawk li se jkunu qed jivvjaġġaw se jkollhom javżaw lill-Gvern fejn se jqattgħu l-kwarantina, bil-multi għal dawk li jinqabdu barra waqt il-jiem ta’ kwarantina se jkunu ta’ aktar minn €1,000.

Il-Gvern Ingliż qal kif dan il-proċess se jkun qed inaqqas ir-riskju ta’ tixrid barra l-fruntieri tal-pajjiż bi bdiewa u dawk li jaqsmu l-fruntieri għal raġunijiet ta’ xogħol se jkunu esklużi.

Ritratt: AFP

L-anzjani m’għandhomx joħorġu mid-dar jekk ma jkunx neċessarju

Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna u anke f’bosta pajjiżi madwar id-dinja, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità qed jagħtu l-parir u jħeġġu lill-anzjani u lil persuni vulnerabbli oħra sabiex ma joħorġux mid-djar tagħhom jekk mhux verament għall-bżonn. Aqra aktar

Send this to a friend