kuntistabbli – One News

Notifiki

Azzjoni ta’ pulizija twaqqaf milli sewwieq jinħaraq ħaj

Il-kuntistabbli Wayne Bonello kien fi triqtu għax-xogħol meta iltaqa’ ma’ inċident tat-traffiku li jista’ jiswa l-ħajja ta’ sewwieq.  Kienet l-azzjoni f’waqitha ta’ dan il-kuntisabbli li waqqfet milli sewwieq ma jinħaraqx ħaj hekk kif il-karozza tas-sewwieq daħlet f’siġra u bdiet tieħu n-nar.Aqra aktar

Anzjan jgħajjar lil Kuntistabbli tal-Pulizija “giddieb”

Rosario Cortis ta’ 70 sena kien immultat mill-Qorti u ngħata libertà kkundizzjonata wara li għajjar lil kuntistabbli tal-Pulizija.

Il-każ seħħ fit-18 ta’ Frar li għadda f’Ħal Qormi meta l-anzjan għajjar lill-kuntistabbli, m’obdiex ordnijiet tal-Pulizija, għamel reżistenza bi vjolenza, u kiser il-paċi pubblika. Aqra aktar

96 rekluta jieħdu l-ġurament tal-ħatra bħala kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija

96 rekluta ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija. 66 raġel u 30 mara temmew b’suċċess kors ta’ tnax-il ġimgħa li fih irċevew taħriġ intensiv fiżiku u akkademiku dwar suġġetti relatati mad-drittijiet fundamentali u mal-etika, mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-policies, ma’ investigazzjonijiet relatati ma’ xeni kriminali, mal-għarfien tat-traffiku, ma’ għarfien dwar reati tematiċi bħas-cybercrime kif ukoll il-kriminalità ekonomika, u mal-funzjoni tal-pulizija komunitarja.

Aqra aktar

120 uffiċjal ġdid fi ħdan il-korp tal-Pulizija – 28 huma nisa

120 rekluta bdew il-karriera tagħhom mal-korp tal-Pulizija.Fost dawn hemm 28 li huma nisa.

Sabiex issieħbu fil-korp tal-pulizija, l-uffiċjali l-ġodda segwew taħriġ ta’ 14-il gimgħa. Dan kien taħriġ ta’ prattika u anke taħriġ akkademiku. Dawn issa se jservu bħala kuntistabli f’għasses distrettwali.

Send this to a friend