Kunsilli Lokali – One News

Notifiki

Miżuri mill-Kunsilli Lokali kontra t-tixrid tal-coronavirus

B’referenza għat-tmexxija tal-kunsilli lokali fid-dawl tal-azzjonijiet li qegħdin jittieħdu kontra l-imxija tal-Coronavirus, il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Arti u l-Gvern Lokali qiegħed fiċ-ċirkostanzi preżenti joħroġ direttiva sabiex tiggwida lill-kunsilli lokali kif għandhom jimxu l-laqgħat statutorji. Dan sabiex il-kunsilli lokali jibqgħu joffru s-servizz tagħhom lill-pubbliku, filwaqt li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-kunsilliera, il-ħaddiema tagħhom u l-pubbliku ġenerali. Aqra aktar

Diskussi diversi inizzjattivi għall-kunsilli lokali b’rabta mal-imxija tal-Coronavirus

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera llum iltaqa’ b’urġenza mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, mad-Direttorat għall-Gvernijiet Lokali, mal-MP Robert Cutajar, kif ukoll saret konsultazzjoni mal-President tal-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi sabiex jiġu diskussi diversi azzjonijiet u inizjattivi li ser ikunu qegħdin jittieħdu fil-mumenti li ġejjin b’rabta mal-impatti tal-imxija tal-COVID-19 fil-kuntest tat-tmexxija tal-gvernijiet lokali.Aqra aktar

Skema ġdida għall-kunsilli lokali li tippromwovi l-eżerċizzju fiżiku

F’Marzu li għadda s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis ħabbar skema għall-kunsilli lokali li tippromwovi l-eżerċizzju fiżiku u l-isports. Din hija skema li tindirizza miżura tal-baġit li tippromwovi l-benesseri u l-ħajja sana. L-għan ta’ din l-iskema hi li ċ-ċittadini jkunu mħeġġa jagħmlu eżerċizzju fiżiku permezz ta’ diversi programmi speċifiċi, sports u attivitajiet oħra. Dawn jgħinu biex titjieb is-saħħa fiżika u mentali u anke l-benessere taċ-ċittadini. Il-kumitati reġjonali u l-kunsilli lokali kollha kienu eliġibbli li japplikaw għal fondi permezz ta’ din l-iskema. Il-fond totali allokat kien dak ta’ €98,521 u minn din l-iskema bbenefikaw 40 kunsill lokali u l-kumitat reġjonali tax-Xlokk. Aqra aktar

Disfatta oħra għal Adrian Delia

L-Erbgħa filgħaxija l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kellu disfatta oħra meta bdew jingħaddu l-voti tal-kunsilli lokali, fl-ewwel 23 lokalità. Il-Partit Nazzjonalista ġab il-maġġoranza biss f’sebgħa lokalitajiet minn 23, bil-Partit Laburista jirbaħ il-maġġoranza f’sittax-il lokalità, fosthom il-Belt u San Pawl il-Baħar.

Minkejja r-riżultat diżappuntanti, Adrian Delia kellu diżappunt doppju għaliex kandidati favorit tiegħu ma rnexxilhomx jiġu eletti fil-Kunsilli Lokali. F’Ħal Balzan, Adrian Delia kien qiegħed jimbotta lil Andrè Grech, persuna qrib ħafna tiegħu u leali lejh sa minn meta beda t-tellieqa għall-Kap. Malli ġie elett Kap, Delia kien qiegħed jimbotta lil Andre Grech. Saħansittra, Grech imexxi waħda mill-fergħat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Ara x’kienu l-kisbiet tal-Partit Laburista fl-ewwel għadd tal-voti tal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Il-Partit Laburista rebaħ il-maġġoranza f’sittax minn 23 belt u raħal li fihom sar l-ewwel għadd minn tlieta tal-voti mixħuta fl-elezzjonijiet lokali tas-Sibt li għadda. Il-Partit Laburista mhux biss żamm il-maġġoranza fil-kunsilli kollha li kellu t-tmexxija tagħhom fl-aħħar snin, iżda għamel l-istorja wara li kiseb il-maġġoranza għall-ewwel darba fil-kunsill lokali tal-Belt Kapitali, Valletta, li se jkun taħt it-tmexxija ta’ Alfred Zammit.  Il-Partit Laburista għamel kisba kbira oħra fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta wara li rnexxielu jirbaħ lura l-kunsilli lokali ta’ San Pawl il-Baħar u għat-tieni darba fl-istorja se jmexxi l-kunsill taħt it-tmexxija Alfred Grima.  Aqra aktar

Bejn it-8.00 u d-9.30 tal-Ħadd filgħodu l-partiti jkollhom ħjiel ta’ fejn marret l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Kollox jinsab lest biex il-Ħadd li ġej, mis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, jibda l-għadd tal-voti tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tas-Sibt li ġej. Din se tkun l-ewwel elezzjoni fl-istorja ta’ Malta fejn il-proċess tal-għadd tal-voti se jsir b’mod elettroniku, tant, li bejn it-8:00 u d-9:30 tal-Ħadd filgħodu, il-partiti jkollhom ħjiel ta’ fejn marret l-elezzjoni.
Aqra aktar

Tibda l-votazzjoni bikrija għall-elezzjonijiet

Illum l-elettorat jibda jagħmel l-għażla tiegħu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Dan hekk kif ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju, se ssir l-elezzjoni bikrija għal dawk li se jkunu msefrin jew rikoverati fi sptar nhar l-elezzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend