Kunsill – Page 2 – One News

Notifiki

“Għajjat u nsulti mis-Sindku tal-PN f’San Ġiljan wassal biex il-Kunsilliera tal-PL jitilqu ‘l barra mil-laqgħa tal-Kunsill”

Fi stqarrija s-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista qalu li l-Kunsilliera Laburisti ta’ San Ġiljan kienu kostretti jitilqu ‘l barra mil-laqgħa tal-Kunsill li saret nhar it-Tnejn 19 ta’ Ġunju, wara kliem dispreġjattiv li beda jgħaddi s-Sindku Guido Dalli fil-konfront tagħhom. Dan il-kliem intqal wara diskussjoni fuq deċiżjoni li kienet ittieħdet fil-laqgħa preċedenti fejn kien ġie deċiż li dawk l-istabbilimenti tal-inħawi ta’ San Ġiljan li kienu ddepożitaw €100 fil-festa ta’ San Patriżju (li saret f’Marzu li għadda), jerġgħu jingħataw flushom lura wara li kienu mxew fuq il-kundizzjonijiet imposti fuqhom mill-istess Kunsill.

Aqra aktar

Pika tista’ xxekkel proġett fil-Mosta

Pika interna u opportuniżmu politiku waslu biex il-Kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Mosta jieħdu attitudni li tfixkel wieħed mill-iktar proġetti bżonnjużi għal din il-lokalità; dak ta’ parkeġġ fiċ-ċentru tal-lokal.

Aqra aktar

Salvu Farrugia elett fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija

Illum saret elezzjoni każwali biex jimtela l-post ta’ Kunsillier għall-Kunsill Lokali Ħal Lija. Salvatore Farrugia ġie elett għal din l-elezzjoni każwali. Farrugia ngħaqad fil-moviment immexxi minn Joseph Muscat għall-ħabta tal-2012 u ma waqafx jaħdem għall-ġid tal-partit u tal-lokalità tiegħu. 

In-‘name tags’ importanti biex ma jidħlux stranġieri l-MCAST

Il-kulleġġ MCAST irrisponda għal dak li qal il-Kunsill tal-Istudenti, ċioe li opponew għall-ilbies ta’ identification cards meta jkunu fuq il-campus.

Ikkjarifika li dan huwa pass li jittieħed biex tkun żgurata s-sigurtà tal-istudenti u l-ħaddiema. Hija miżura li kienet introdotta wara serje ta’ inċidenti, meta persuni mhux awtorizzati daħlu l-MCAST flimkien ma’ xi  studenti oħra.

Din mhix aċċettabbli, u l-miżura tat-tags kienet  pass ieħor fost numru ta’ miżuri li qed jieħu l-MCAST. Sostnew li din hija xi ħaġa ‘standard’ u li se ssir laqgħa mal-Kunsill tal-istudenti biex tkun spjegata fin il-miżura.

22 kunsilli lokali temmew l-2015 bit-telf

Għall-mistoqsija tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis, il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dawk il-kunsilli li spiċċaw b’telf f’Malta kienu l-Imdina, il-Birgu, Ħaż-Żebbuġ, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, il-Gudja, il-Kalkara, Ħal Lija, Marsaxlokk, l-Imsida, l-Imqabba, il-Mosta, San Pawl il-Baħar u x-Xgħajra waqt li f’Għawdex kienu r-Rabat, l-Għarb, Kerċem, il-Munxar, in-Nadur, Sannat u x-Xagħra.

Il-kunsill li temm is-sena bl-ikbar telf kien dak ta’ Ħaż-Żebbuġ li spiċċa l-2015 b’defiċit ta’ €551,568. Warajh ġew dawk ta’ Victoria (Għawdex) b’telf ta’ €510,734 u ta’ Birkirkara b’telf ta’ €406,537.

Aqra aktar

Send this to a friend