Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk jikkundanna atti vjolenti fuq kunsillier

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk irrefera għall-inċident li seħħ nhar nhar it-Tlieta, li ra lill-Kunsillier Daniel Zerafa jisfa vittma ta’ aggressjoni fiżika.

Il-Kunsillier qalilna li l-inċident inqala’ wara Festa Ħut, fejn inħareġet direzzjoni biex bejjiegħa tal-monti ma jarmawx. Madankollu kien hemm individwi ramaw xorta, u minħabba f’hekk, jumejn wara, inħoloq diżgwid li spiċċa bid-daqqiet, tgħajjijr u theddid.

Migħajr ma daħal fil-mertu tal-każ, għaliex dwaru hemm investigazzjonijiet għaddejjin, il-Kunsill iddeplora bil-qawwa kollha kull tip ta’ vjolenza fiżika.

Filwaqt li wera solidarjetà ma’ Zerafa, il-Kunsill stieden lil kull min ikollu diffikultajiet jew problemi rigward l-operat tal-Kunsill biex jagħmel kuntatt mal-Amministrazzjoni, u minn hemm isiru diskussjonijiet u negozjati b’mod ċivili.

 

 

Aġir li kisser lill-Kunsilli Lokali

Il-Kunsilli Lokali f’Malta tkissru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Dan huwa kliem is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo f’konferenza stampa fejn hu u l-Ministru Owen Bonnici rreaġixxew għall-fatt li Chris Said ma refax ir-responsabilità wara li kien imċanfar mill-Awditur Ġenerali għall-indħil fil-fondi tal-Kunsilli Lokali mill-2008 sal-2013.

Aqra aktar

Dak kollu li toffri l-Mellieħa u iktar

Id-disa’ edizzjoni tal-Iljieli Melleħin, organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, se tkun qegħda sseħħ mill-Ġimgħa 29 ta’ Lulju 2016 sal-Ħadd 31 ta’ Lulju 2016.

Din l-attività, li issa daħlet sew fil-kalendaru kulturali Malti, tattira eluf ta’ persuni lejn il-Mellieħa. Matul dawn l-iljieli, dawk kollha li jattendu għandhom l-opportunità li jgawdu l-aqwa elementi li taf toffri l-komunità Melleħija. Din l-attività qegħda tittella’ bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentati għall-Gvern Lokali.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju se jittella’ kunċert spettakolari fil-Pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa mill-band The Beaters, li hija tribute band tal-grupp leġġendarju l-Beatles. Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn u dawk kollha preżenti se jkollhom l-opportunità li jgawdu mill-aqwa kanzunetti ta’ dan il-grupp leġġendarju.

Aqra aktar

Send this to a friend