Notifiki

Il-PN jista’ jwaħħal biss fih innifsu

Il-Partit Laburista fi stqarrija qal li l-Partit Nazzjonalista jrid jieqaf jipprova jwaħħal f’ħaddieħor għall-problemi li ħoloq hu f’San Pawl il-Baħar. Li wara l-ħatra ta’ Adrian Delia bħala Kap l-PN ma kienx kapaċi jżomm il-maġġoranza li kellu f’din il-lokalità mhux tort tal-Partit Laburista. Iżda, huwa tort tan-nuqqas tat-tmexxija tal-istess Delia.Aqra aktar

Iffirmat ftehim bejn Sportmalta u l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq

Intlaħaq ftehim bejn SportMalta u l-Kunsill Lokali taż-Żurrieq biex il-pitch tal-boċċi li jinsab fi Vjal il-Blue Grotto jingħadda lil Kunsill Lokali ħalli huma jagħmlu fih Open Gym. 

Il-ftehim sar fil-preżenza tas-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius li spjega kif dan il-ftehim tal-lum sar wara ħidma miż-żewġ naħat.  Huwa qal li issa minn post li mhux qed jintuża, ir-raħal taż-Żurrieq ser ikun jista’ jgawdi minn faċilità sportiva.

Is-Segretarju Parlamentari tenna li din hija ħolqa oħra minn serje ta’ proġetti sportivi fil-lokalitajiet differenti.  Fil-fatt ftit tal-jiem ilu għadha kemm kien inawgurat it-tisbiħ tal-jogging track f’Santa Luċija u tnieda l-proġett tal-Fgura Adventure Park.

Aqra aktar

San Patrizju sors ta’ inkwiet f’San Ġiljan

San Patrizju jista’ jispiċċa l-Qorti. Din il-festa li issa daħlet sew fil-kalendarju Malti fejn dak li jkun jiltaqa’ għal żewġ pinet birra iktar mis-soltu, waslet għal kunflitt bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u negozji fl-istess lokalità.

Saħansitra anke d-dipartiment tal-Gvern Lokali wissa lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan li qed jikser il-liġi bil-mod kif ħareġ il-konċessjoni lill-kumpanija biex tarma fit-triq bi prominenza fil-jum tas-sbatax ta’ Marzu.

It-tmexxija tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan, li Sindku għandu lil Guido Dalli, ħarġet permessi lill-Massive Promotions , kumpanija li ġieli tintuża mill-Partit  nazzjonalista. Fil-Bajja ta’ Spinola ngħatat f’idejha permess għal daqq ta’ mużika u bejgħ ta’ xorb minkejja li din il-kumpanija m’għandiex ħanut fl-akkwati .

Aqra aktar

“Hemm bżonn li din tieqaf darba għal dejjem!” – residenta mis-Siġġiewi

Residenta mis-Siġġiewi bagħtitilna ritratti ta’ Triq Ramija. Urtata, qalet li f’din it-triq hemm min jinsisti li jarmi ż-żibel illegalment, minkejja li kull darba l-post battal biswit residenzi jitnaddaf mill-awtoritajiet.

“Din hija ħaġa li ilha għaddejja snin. Jiġu jnaddfu, imma jerġa jintela’ żibel li jibqa’ jakkumula. Hemm bżonn li din tieqaf darba għal dejjem”.

Aqra aktar

22 kunsilli lokali temmew l-2015 bit-telf

Għall-mistoqsija tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis, il-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qal li dawk il-kunsilli li spiċċaw b’telf f’Malta kienu l-Imdina, il-Birgu, Ħaż-Żebbuġ, Birkirkara, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, il-Gudja, il-Kalkara, Ħal Lija, Marsaxlokk, l-Imsida, l-Imqabba, il-Mosta, San Pawl il-Baħar u x-Xgħajra waqt li f’Għawdex kienu r-Rabat, l-Għarb, Kerċem, il-Munxar, in-Nadur, Sannat u x-Xagħra.

Il-kunsill li temm is-sena bl-ikbar telf kien dak ta’ Ħaż-Żebbuġ li spiċċa l-2015 b’defiċit ta’ €551,568. Warajh ġew dawk ta’ Victoria (Għawdex) b’telf ta’ €510,734 u ta’ Birkirkara b’telf ta’ €406,537.

Aqra aktar

Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk jikkundanna atti vjolenti fuq kunsillier

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk irrefera għall-inċident li seħħ nhar nhar it-Tlieta, li ra lill-Kunsillier Daniel Zerafa jisfa vittma ta’ aggressjoni fiżika.

Il-Kunsillier qalilna li l-inċident inqala’ wara Festa Ħut, fejn inħareġet direzzjoni biex bejjiegħa tal-monti ma jarmawx. Madankollu kien hemm individwi ramaw xorta, u minħabba f’hekk, jumejn wara, inħoloq diżgwid li spiċċa bid-daqqiet, tgħajjijr u theddid.

Migħajr ma daħal fil-mertu tal-każ, għaliex dwaru hemm investigazzjonijiet għaddejjin, il-Kunsill iddeplora bil-qawwa kollha kull tip ta’ vjolenza fiżika.

Filwaqt li wera solidarjetà ma’ Zerafa, il-Kunsill stieden lil kull min ikollu diffikultajiet jew problemi rigward l-operat tal-Kunsill biex jagħmel kuntatt mal-Amministrazzjoni, u minn hemm isiru diskussjonijiet u negozjati b’mod ċivili.

 

 

Aġir li kisser lill-Kunsilli Lokali

Il-Kunsilli Lokali f’Malta tkissru taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Dan huwa kliem is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo f’konferenza stampa fejn hu u l-Ministru Owen Bonnici rreaġixxew għall-fatt li Chris Said ma refax ir-responsabilità wara li kien imċanfar mill-Awditur Ġenerali għall-indħil fil-fondi tal-Kunsilli Lokali mill-2008 sal-2013.

Aqra aktar

Dak kollu li toffri l-Mellieħa u iktar

Id-disa’ edizzjoni tal-Iljieli Melleħin, organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, se tkun qegħda sseħħ mill-Ġimgħa 29 ta’ Lulju 2016 sal-Ħadd 31 ta’ Lulju 2016.

Din l-attività, li issa daħlet sew fil-kalendaru kulturali Malti, tattira eluf ta’ persuni lejn il-Mellieħa. Matul dawn l-iljieli, dawk kollha li jattendu għandhom l-opportunità li jgawdu l-aqwa elementi li taf toffri l-komunità Melleħija. Din l-attività qegħda tittella’ bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u s-Segretarjat Parlamentati għall-Gvern Lokali.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Lulju se jittella’ kunċert spettakolari fil-Pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa mill-band The Beaters, li hija tribute band tal-grupp leġġendarju l-Beatles. Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn u dawk kollha preżenti se jkollhom l-opportunità li jgawdu mill-aqwa kanzunetti ta’ dan il-grupp leġġendarju.

Aqra aktar

Send this to a friend