kunsill ġenerali – One News

Notifiki

Fil-Kunsill Ġenerali Delia jgħid lil dawk li sfiduċjawh li ma waslux bil-Kostituzzjoni biex ineħħuh

Il-Ġimgħa filgħaxija tlaqqa’ Kunsill Ġenerali ieħor tal-Partit Nazzjonalista fl-eqqel tal-kriżi u l-inkwiet intern fil-partit f’tal-Pietà.

Il-membri tal-ogħla organu tal-Partit Nazzjonalista qed jiġu mitluba jagħżlu jekk it-tesserati jivvutawx vot ta’ konferma tal-Kap Adrian Delia jew issirx tellieqa oħra għal Kap tal-partit.

Iż-żewġ fazzjonijiet, jiġifieri dik ta’ Delia u ta’ Simon Busuttil imbuttaw għażliet differenti fost il-kunsilliera.

Fil-Kunsill Ġenerali tkellem il-Kap Adrian Delia li fetaħ attakk fuq id-deputati li sfiduċjawh u pruvaw jneħħuh minn Kap tal-Oppożizzjoni.

Aqra aktar

Jiftaħru bl-iskema sigrieta taċ-Ċedoli

F’Kunsill Ġenerali li l-Partit Nazzjonalista beda jlaqqa’ fil-jum tal-Ħamis biex suppost jagħmel bidliet fl-istatut li wkoll kien hemm il-ġlied dwaru minħabba l-isem u l-motto tal-partit li ried Louis Galea, id-diskors li spikka kien fuq iċ-ċedoli, dik l-iskema sigrieta tal-Partit Nazzjonalista li qed tiffinanzja d-dejn ta’ miljuni li għandu l-Partit ta’ Delia. Aqra aktar

Terz tal-kunsillieri Nazzjonalisti m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia

Terz tal-kunsilliera tal-Partit Nazzjonalsita vvutaw kontra t-tmexxija ta’ Adrian Delia u sostnew li m’għandux ikun hu li jibqa’ jmexxi lill-partit sal-elezzjoni ġenerali li jmis. Fil-fatt Delia rnexxielu jsalva ġildu b’67% tal-voti.

Kienu 920 kunsillier li vvutaw favur il-Kap Adrian Delia, waqt li 586 naqsu milli jagħtuh il-fiduċja, fosthom 438 li vvotaw kontrih, 126 li ma marrux jivvotawlu u 22 oħra li ħasru l-vot. Minnufih il-fazzjoni ta’ Busuttil fakkritu fil-vot qawwi ta’ fiduċja li kisbu l-ex kapijiet Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi meta f’voti ta’ fiduċja, kisbu aktar minn 96 fil-mija tal-fiduċja tal-kunsillieri. Aqra aktar

Sforzi biex Adrian Delia jirbaħ il-vot

Il-Fazzjoni Busuttil tinsab irrabjata li l-amministrazzjoni nazzjonalista se tbiddel l-mistoqsija li se jitalbu jwieġbu l-l-kunsillieri tal-partit nazzjonalista fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju li se jitlaqqa’ fl-aħħar Sibt tax-xahar biex jiddeċiedi l-ġejjien ta’ Adrian Delia fit-tmun tal-partit.Aqra aktar

ARA: Delia jgħid li ma jridx is-suċċessi ta’ Joseph Muscat

Is-suċċessi ta’ Joseph Muscat ma rridux u m’għandix bżonnu. Iddikjara dan il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, meta indirizza l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista.

Il-ħidma li qiegħed iwettaq il-Prim Ministru Joseph Muscat waslet sabiex pajjiżna għandu ekonomija b’saħħitha bil-Kummissjoni Ewropea tiddikjara fl-istess jum li Malta laħqet il-mira tas-suq tax-xogħol u għandha l-inqas rata ta’ nies bla xogħol fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess waqt il-poplu Malti qiegħed iħallas fost l-irħas tariffi tal-enerġija.Aqra aktar

Simon Busuttil u sitt Deputati tal-PN iċċensurati

L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien fost numru ta’ Deputati Nazzjonalisti li ma tħalliex jitkellem fil-Kunsill Ġenerali li organizza l-Partit Nazzjonalista tul il-ġimgha li għaddiet.

Kunsill Ġenerali li reġa’ kompla jikxef il-qasma u l-inkwiet intern li hemm fil-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Simon Busuttil jikkonferma li mhux se jmur Kunsill Ġenerali; konferma li jinkwetah

Simon Busuttil ikkonferma li l-Partit Nazzjonalista issa għandu żewġ kapijiet. Dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Parlament fejn ħabbar il-ftehim bejnu u tal-oranġjo.

“Ħa jkun hemm diffikultajiet as we go along” qalet Marlene Farrugia. Dawn id-diffikultajiet diġà ħolqu instabilità interna kbira, u l-ftehim se jkompli jżiduha. Il-kandidati tal-oranġjo m’għanhdomx għalfejn ikunu appoġjati mill-Kunsill Ġenerali tal-PN, kif iridu jagħmlu kandidati oħra.

Dak li ħabbar Busuttil dalgħodu nieqes sew mid-dettalji, u ftit li xejn hu magħruf kif se jaħdem il-kunċett ta’ żewġ kapijiet. Lanqas kien hemm dikjarazzjoni ċara minn Marlene Farrugia li dejjem se tivvota mal-Gvern. Mistoqsija mill-ġurnalisti dwar dan, wieġbet biss: “we are just there to convince”.

Aqra aktar

Send this to a friend