Notifiki

“Lill-Hamas tfajnihom lura snin bil-bumbardamenti tagħna” – il-PM Iżraeljan

Il-bumbardamenti mill-Iżrael fuq il-Palestinjani, li ilu għaddej għal dawn l-aħħar disat ijiem, tefa’ lill-grupp militanti tal-Hamas lura is-snin.

Dan sostnih il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu.

Huwa żied jgħid illi l-operazzjonijiet militari se jibqgħu fis-seħħ sakemm iċ-ċittadini Iżraeljani jħossuhom li qed jgħixu b’mod sigur.

Il-Ministru għas-Saħħa Palestinjan qal li s’issa minn tal-inqas 215-ilpersuna, li kważi nofshom huma nisa u tfal, inqatlu f’Gaża, filwaqt li l-Iżrael irrapporta 12-il mewt.

Iżrael qal li 150 mill-persuni maqtula huma militanti, iżda l-Hamas ma tax figuri ta’ kemm inqatlu militanti u nies ċivili.

Fil-jum tat-Tlieta, Iżrael fetaħ il-fruntiera lejn l-istrixxa ta’ Gaża sabiex jidħol konvoj bl-għajnuna, madanakollu l-fruntiera kellha tingħalaq malajr minħabba li ż-żona spiċċat fil-mira tal-attakki mill-Palestinjani.

Intant, il-ġlied ma waqaf xejn, hekk kif mal-lejl saru diversi attakki miż-żewġ naħat, bl-isforzi diplomatiċi biex tintemm il-vjolenza mhux qed iħallu r-riżultati mixtieqa.

Franza ressqet abbozz ta’ riżoluzzjoni mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda f’koordinazzjoni mal-Eġittu u l-Ġordan u talbet għal waqfien mill-ġlied.

Iżrael jaħlef li se jibqa’ jattakka sakemm hemm bżonn

Il-Prim Ministru Iżraeljan, Benjamin Netanyahu, ħalef li se jkompli jattakka lill-militanti tal-Hamas f’Gaża, li qed jibqgħu jisparaw ir-rokits lejn bliet Iżraeljani.

Dan hekk kif dan l-aħħar kunflitt imdemmi bejn il-Lhud u l-Palestinjani issa daħal fis-seba’ jum tiegħu.

“Se nibqgħu nattakkaw sakemm hemm bżonn u qed isir dak kollu meħtieġ biex kemm jista’ jkun ma jinqatlux persuni ċivili iżda t-tort ta’ dan kollu li nqala’ mhux tagħna imma ta’ min qed jattakkana”, saħaq Netanyahu f’indirizz fuq it-televiżjoni.

Aqra aktar

70 miljun persuna ħarbu l-gwerer u l-kunflitti fl-2018- il-UNHCR

In-numru ta’ persuni li qed jaħarbu l-gwerer u l-kunflitt qabeż is-70 miljun fl-2018, l-ogħla rata li qatt kienet innotata mill-Aġenzija tar-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda, il-UNHCR, f’sebgħin sena ta’ operat.

Fi stqarrija l-Aġenzija spjegat li bejn l-2017 u l-2018 dan in-numru żdied b’2.3 miljun persuna, u qabeż id-doppju tan-numru ta’ refuġjati nnotat 20 sena ilu. Il-UNHCR qed tikkalkula li ta’ kuljum, minn tal-anqas 37,000 persuna jaħarbu minn djarhom bit-tama li jsibu futur aħjar.

Kelliem għall-Aġenzija qal li għalkemm ġieli affaċċjaw kritika għal xogħlhom, eluf ta’ persuni madwar id-dinja qed juru solidarjetà ma’ dawn il-persuni, hekk kif innota wkoll żieda fl-ammont ta’ familji li jagħżlu li joffru post sigur fejn jgħixu r-refuġjati.

Malta mħassba bin-nuqqas ta’ progress fl-aspett politiku u umanitarju dwar il-kunflitt fis-Sirja

Il-kunflitt fis-Sirja għadu sors ta’ preokkupazzjoni fuq l-għatba tal-Unjoni Ewropea, li dwaru ma nstabitx soluzzjoni umanitarja jew politika.

B’dan is-sentiment il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela wera t-tħassib tal-Gvern Malti dwar il-kunflitt fis-Sirja waqt it-Tielet Konferenza fi Brussell dwar is-suġġett. Hawnhekk, il-Ministru Abela ġiber l-attenzjoni lill-kollegi tiegħu li d-diskussjonijiet dwar is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż staġnat, waqt li l-qagħda umanitarja tal-pajjiż sejra għall-agħar.

Filwaqt li għal darb’oħra irrimarka li mhemmx soluzzjoni militari għal dan il-kunflitt, saħaq li huwa fundamentali li l-komunità internazzjonali tappoġġja l-proċess immexxi min-Nazzjonijiet Magħquda u lill-Mibgħut Speċjali l-ġdid tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-Sirja, Geir O. Pedersen.

Waqt il-laqgħa fi Brussell kienu diskussi wkoll l-elezzjonijiet fl-Ukrajna u s-sitwazzjoni fil-Veneżwela, u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin skambjaw ukoll fehmiet dwar il-Qarn tal-Afrika.

Kunflitt Pierre Portelli… Santa Monika barra biex daħħal tiegħu

Minflok ferħu b’NET FM fl-istamperija tkellmu dwar Pierre Portelli u l-kunflitt tal-interess. Kif ammetta kemm il-darba l-Kap, Adrian Delia, Pierre Portelli mbottah kemm felaħ biex isir kap tal-Partit Nazzjonalista u ladarba Delia nħatar Pierre Portelli rritorna d-Dar Ċentrali. Dan b’pakkett finanzjarju li meta mgħadud flimkien ilaħħaq id-€90,000 u b’saħħa liema bħalha biex jiddeċiedi hu l-iskeda tal-istazzjonijiet. Pierre Portelli għandu wkoll kumpanija li tipproduċi l-produzzjonijiet televiżivi u fl-ewwel skeda li se jiddeċiedi hu neħħa l-programm Santa Monika biex daħħal tiegħu.Aqra aktar

2016: Is-sena li matula nqatlu tfal aktar minn kemm inqatlu fl-aħħar sitt snin

Fl-2016, inqatlu aktar tfal Sirjani minn kemm inqatlu fl-aħħar sitt snin ta’ kunflitt. Dan ifisser li s-sena l-oħra rat l-ikbar numru ta’ mwiet f’pajjiż li qed jaffaċċja gwerra, dan skont informazzjoni tal-UNICEF.

Minn tal-inqas 652 tifel u tifla mietu fl-aħħar tnax-il xahar, dan ifisser żieda ta’ 20% fl-2015. Madwar in-nofs ta’ dawn l-imwiet saru f’żona li fiha hemm skola jew fl-iskola stess. Ir-rapport ippubblikat mill-UNICEF jinkludu biss figuri verifikati, jiġifieri n-numru ta’ mwiet jista’ jkun akbar.

Aqra aktar

Għaxar persuni mejta fl-Ukraina

Minn tal-inqas 10 persuni nqatlu fl-aħħar ħin waqt kunflitt fil-Lvant tal-Ukraina. Rapporti mill-midja internazzjonali qed jiddeskrivu dan il-kunflitt bħala wieħed mill-agħar fl-aħħar ġimgħat bejn il-militar Ukren u militanti pro-Russja.

Aqra aktar

Send this to a friend