kunċert – Page 3 – One News

Notifiki

Mużika Maltija għall-kunċert tal-Imnarja

L-Għaqda mużikali L’Isle Adam, għal sena oħra se terġa torganizza l-kunċert muzikali tal-Imnarja.

Kunċert b’differenza hekk kif din is-sena se jiċċelebra l-għeluq tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: 19-IL PERSUNA MEJTA WAQT KUNĊERT TA’ ARIANA GRANDE F’MANCHESTER

02:17: Il-Pulizija ta’ Manchester ikkonfermaw permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook li s’issa ġew ikkonfermati 19-il persuna mejta u madwar 50 persuna oħra midruba.

Ġie kkonfermat ukoll li dan il-każ qed jitqies bħala attakk terroristiku.

02:02: Għadu mhux magħruf jekk dan kienx attakk terroristiku iżda l-awtoritajiet m’huma qed jeskludu xejn.

S’issa għadu mhux ikkonfermat kemm hemm persuni li tilfu ħajjithom iżda qed jingħad li x’aktarx hemm aktar minn għaxar persuni.

01:53: Filmat meħud minn kamera li kienet f’vettura juri l-mument li seħħet l-isplużjoni fejn għalkemm il-vettura ma kinitx viċin, wieħed xorta waħda jista’ jisma l-ħoss u kif ukoll jidher fuq in-naħa tax-xelug li fl-istess ħin tal-ħoss jidher tip ta’ ‘dawl’,

01:50: Huma diversi persuni li bħalissa qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku fuq Twitter sabiex jgħaddulhom kull informazzjoni li wieħed jista’ jkollu dwar membri tal-familja tagħhom li kienu waqt il-kunċert u ma jafux x’ġara minnhom.

01:41: Fuq post bħalissa waslu l-Bomb Disposal Unit.

01:37: Residenti f’Manchester qed joffru l-għajnuna tagħhom billi qed jiftħu l-bibien tar-residenza tagħhom għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għandhom bżonn l-għajnuna wara li seħħet din l-isplużjoni.

Numru ta’ taxis qed joffru servizz b’xejn lil dawk kollha li għal xi raġuni ma jistgħux jaslu d-dar minħabba dak li ġara.

01:34: Il-Pulizija ħarġet appell biex kemm jista’ jkun ħadd ma jersaq lejn iż-żona milquta.

Huma bosta li bħalissa qed jappellaw lill-ġenituri ta’ dawk it-tfal li kienu waqt il-kunċert biex imorru fil-lukanda bl-isem ta’ Holiday Inn hekk kif għadd ta’ tfal ittieħdu hemm.

Aktar Qabel: Splużjoni li seħħet ftit tal-ħin ilu f’Manchester Arena f’Manchester l-Ingilterra, fejn kien qed isir kunċert mill-kantanta rinomata Ariana Grande, ħalliet numru ta’ persuna mejta u diversi oħra midruba.

Il-Pulizija qalu li bħalissa qed jirrispondu għal diversi rapporti li qed isostnu li seħħet splużjoni u li kienn hemm numru ta’ persuni kkonfermati mejta u diversi oħra midruba.

Persuni minn fuq il-post irrakkantaw mal-midja barranija li “kif konna se nitilqu mill-istabbilment smajna splużjoni kbira u kulħadd beda jiġri u jgħajjat.”

Manchester Arena hi meqjusa bħala l-ikbar Arena fl-Ewropa u fetħet il-bibien tagħha lura fl-1995. L-istess arena tilqa’ madwar 21,000 persuna, dan skont is-sit tal-istabbilment.

Aqra aktar

Mawra sax-xogħol pjaċevoli – John Legend jagħti ‘kunċert’ spontanju

Il-kantant John Legend ta sorpriża lil għexieren ta’ eluf ta’ persuni li ta’ kuljum iżuru l-istazzjon St. Pancras f’Londra, stazzjon bieżel u ċentrali fil-Kapitali Ingliża.

Kollox beda bit-tweet ta’ hawn isfel:

U f’temp ta’ għoxrin minuta ingħaqdet folla kbia biswit il-pjanu fl-istazzjon biex gawdew kunċert spontanju ta’ tmien minuti- u b’xejn!

Grazzi għall-kantant, li bħalissa qed jippromwovi t-tour dinji, il-mawra sax-xogħol kienet waħda ferm iktar pjaċevoli!

Mużika minn madwar id-dinja f’Sant Iermu

Dawn huma Tsuumi Sound System- folk band Finlandiża li f’Mejju li ġej se tagħti kunċert fil-Malta World Music Festival. L-ewwel festival f’pajjiżna iddedikat lill-mużika minn madwar id-dinja, li se jittella’ fid-dsatax u l-għoxrin ta’ Mejju.

Il-Festival, li se jittella’ f’Sant Iermu, se jara wkoll il-parteċipazzjoni tal-grupp Malti Brodu u TIWIZA- grupp ta’ mużiċisti Alġerini u Franċiżi li żewġu l-ġenerli tar-rock, jazz u folk.

Aqra aktar

“Dan huwa żmien ta’ sfidi li fih rridu nsaħħu l-valuri Ewropej u d-drittijiet fundamentali tagħna”

It-talent Malti brilla f’serata fiċ-ċentru tal-Arti Bozar fi Brussell li mmarkat il-bidu tal-Presidenza Matija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

F’din l-okkażjoni, l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca tenniet li dan huwa żmien ta’ sfidi  li fih irridu nsaħħu l-valuri Ewropej u d-drittijiet fundamentali tagħna, biex nissalvagwardjaw il-valuri li ngħożżu: ir-rispett, is-solidarjetà u d-dinjità.

Aqra aktar

Il Volo se jirritornaw f’pajjiżna fl-2017

 

Fuq il-paġna Maltija fuq is-sit soċjali Facebook bl-isem ta’ Il Volo Malta, ħabbru li l-grupp mużikali ta’ tliet żgħażagħ b’leħen grandjuż, Il Volo, se jkunu qed jerġgħu jirritornaw lura f’Malta fit-8 ta’ Ġunju tal-2017.

Aqra aktar

Jitnieda l-kunċert tal-ewwel tas-sena

Għal sena oħra se jerġa’ jittella l-Kunċert tal-President tal-ewwel tas-sena, iżda din is-sena b’differenza hekk kif se jsir lejliet l-ewwel tas-sena, jiġifieri fit-31 ta’ Diċembru, u mhux fl-1 ta’ Jannar. Dan bl-għan li jkunu jistgħu jitgawdew aktar ċelebrazzjonijiet wara f’lokalitajiet differenti f’pajjiżna.
Aqra aktar

Pjazza Kastilja fl-atmosfera tal-Milied

Wara s-suċċess ta’ Classics under the stars se jitnieda l-istess tip ta’ kunċert klassiku iżda għall-Milied. Dan ħabbritu l-mara tal-Prim Ministru Michelle Muscat li fissret kif dan il-kunċert se jgħin biex aktar nies jidħlu fl-ispirtu tal-Milied Malti.
Aqra aktar

Send this to a friend