kumpanija – One News

Notifiki

Tinvesti miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjni

Il-Kumpanija Abertex, li timmanifattura komponenti tal-batteriji tal-karozzi, għaddejja b’investiment ta’ miljun ewro fir-riċerka u l-innovazzjoni. Fil-portafoll tal-klijenti tagħha, Abertex għandha kumpaniji kbar fid-dinja fil-qasam tal-karozzi fil-Ġermanja u fil-Ġappun BMW fosthom Toyota u Volkswagen.

Il-kumpanija bdiet topera f’Kordin b’żewġ ħaddiema Ġermaniżi u illum espandiet u qed tħaddem 150 ħaddiem f’fabbrika fil-Mosta Technopark. Waqt żjara li l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel fil-fabbrika bħala parti mill-attivitajiet ta’ Jum il-Ħaddiem, ingħad li fl-aħħar ħames snin il-kumpanija investiet €10 miljun, tant, li rduppjat il-ħaddiema.Aqra aktar

ARA: Tinfetaħ il-fabbrika l-ġdida tal-kumpanija Busy Bee b’investiment ta’ €7 miljun

B’investiment ta’ kważi €7 miljun, il-kumpanija Maltija Busy Bee fetħet fabbrika ġdida fl-Imrieħel mgħammra bl-aqwa faċilitajiet tant se tittripla l-kapaċità produttiva tagħha. L-operat kollu tal-Busy Bee mexa minn żona residenzjali fl-Imsida għal żona industrijali fl-Imrieħel.

Il-ftuħ ta’ din il-fabbrika ġdida flimkien ma’ ħanut ġdid sar mill-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment Chris Cardona flimkien mad-direttur tal-Kumpanija s-Sur Brian Friggieri. Aqra aktar

Kumpanija kbira fil-Marittimu tagħżel lil Malta

Ix-xogħol fic-centru marittimu fis-sit tal-Marsa Shipbuilding miexi ġmielu tant li diġa ġie ffirmat kuntratt ta’ valur kbir ħafna ma’ kumpanija internazzjonali li għażlet lil Malta biex tkun il-bażi tal-loġistika tagħha.

Il-ftehim għall-izvilupp ta’ centru marittimu ġie ssiġillat bħal daz-zmien sena bejn il-Gvern u l-kumpanija Abelcare Oilfied Service. Il-proġett diġa qed qed iħaddem aktar minn 120 ħaddiem, qed jagħti nifs ġdid u joħloq riġenerazzjoni fis-settur marittimu u fis-servizzi lill-industrija taz-zejt u l-gass.

It-tmexxija tal-kumpanija dawret lill-crew ta’ ONE NEWS mal-post u spjegat ix-xogħlijiet estensivi li saru f’dawn l-aħħar xhur.

Aqra aktar

L-MCCAA bi twissija kontra kumpanija li taħdem l-aluminju

L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħarġet twissija fil-konfront tal-kumpanija Alu Care Mosta ltd li timmanifattura l-aluminju. Dan wara li naqset milli timplimenta deċiżjoni tat-Tribunal għat-talbiet tal-konsumatur fil-konfront ta’ wieħed mill-konsumaturi tagħha.

Aqra aktar

Il-kumpanija Orion tiċħad l-allegazzjonijiet ta’ The Malta Independent

Orion Engineering Group Limited wieġbet lil The Malta Independent fuq l-artiklu intitolat “Exclusive: Proof of kickbacks to Mizzi and Schembri from LNG tanker – FIAU”.
Il-kumpanija ċaħdet kategorikament li qatt ħallset kickbacks jew commissions lil partijiet terzi b’konnessjoni mal-operazzjoni u manutenzjoni mal-Armada LNG Mediterrana.
Qalu wkoll li l-Orion Engineering Group Limited m’għandhomx relazzjonijiet legali b’rabta mal-Gvern ta’ Malta, l-Enemalta, jew ebda persuna esposta politikament.

Aqra aktar

SKY BETTING & GAMING tissottometti l-applikazzjoni biex topera f’Malta

L-Awtorità Maltija tal-gaming, l-MGA, żvelat l-isem tal-kumpanija ‘world leader’ li tkellem dwarha l-Prim Ministru lbieraħ li se tkun qed tirreloka l-operat tagħha f’pajjiżna. Din il-kumpanija hija SKY BETTING AND GAMING magħrufa bħala SKYBET, li ssottomettiet l-applikazzjoni tagħha formalment biex tikseb il-liċenzja ta’ kumpanija tal-imħatri tal-isports f’Malta. Din hija kumpanija kbira u magħrufa madwar id-dinja kollha.

Aqra aktar

Send this to a friend