Notifiki

Allura issa x’se jiġri?

X’se jiġri fil-jiem li ġejjin, issa li l-poplu tar-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea?

Mistenni jiltaqa’ l-kulleġġ tal-kummissarji 

Għada l-Kummissjoni Ewropea se tlaqqa’ l-kulleġġ tal-kummissarji biex jiddiskutu u jniedu proċeduri li jagħmlu parti minn Artiklu ħamsin tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

Dan wara li din il-ġimgħa, l-poplu tar-Renju Unit ivvota f’referendum u ddeċieda li l-pajjiż joħroġ mill-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

L-obeżità minn ta’ quddiem fil-Presidenza

F’laqgħa bejn il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel Vytenis Andriukaitis u l-Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne, qed tiġi diskussa fost l-oħrajn l-obeżità, b’mod partikolari fost it-tfal.

Il-Ministru Chris Fearne tkellem dwar il-prioritajiet ta’ Malta fil-qasam tas-saħħa għall-ewwel sitt xhur tal-2017 proprju meta Malta se jkollha f’idejha l-Presidenza Ewropea.

Il-Ministru jittama li l-Presidenza sservi ta’ sisien biex din il-problema tkompli tkun indirizzata.Aqra aktar

Din il-ġimgħa ħassejt uġigħ?

F’survey tal-Kummissjoni Ewropea instab li f’Malta, wieħed minn kull ħamsa ħassew xi uġigħ fil-ġimgħa.

100 miljun ċittadin Ewropew isofru minn uġigħ fl-għadam jew fil-muskoli. Dan jikkawża madwar 50% tal-assenza minn fuq il-post tax-xogħol għal tlett ijiem jew aktar.

Jikkawża wkoll 60% ta’ inkapaċitajiet permanenti. Huwa stmat li l-ispejjeż diretti u indiretti tal-mard fl-għadam u l-muskoli jlaħħaq il-€240 biljun fis-sena jew 2% tal-GDP fl-Unjoni Ewropea kollha.

Dan kollu osservaħ fi stqarrija l-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant.

Aqra aktar

Malta b’fost l-inqas talbiet mill-K.E.

Il-pass tajjeb li qabad pajjiżna kien ikkonfermat mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea li huwa maħsub biex jirrakkomanda x’passi għandhom jieħdu l-pajjiżi diversi.

B’żewġ country specific recommendations, pajjiżna għandu anqas mill-medja tar-rakkomandazzjonijiet li għandhom il-pajjiżi l-oħra. Hija biss l-Isvezja, li b’rakkomandazzjoni waħda, għandha anqas country specific recommendations minn Malta.

Aqra aktar

Rakkomandazzjonijiet lil Malta

Il-Kummissjoni Ewropea ppublikat ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għal pajjiżna.

Tinnota li d-dejn tal-Gvern nieżel gradwalment u li l-Gvern għandu pjan, ibbażat l-aktar fuq l-investiment. Is-sena li għaddiet il-Gvern Malti investa ħafna, minbarra li assorba ammont sostanzjali ta’ fondi Ewropej qabel jagħlaq iż-żmien meta kellhom ikunu assorbiti fondi tal-perjodu 2007-2013.

Il-Kummissjoni għarfet il-passi li qiegħed jieħu dan il-Gvern favur is-sostenibilità tal-pensjonijiet. Esprimiet tħassib għall-fatt li l-popolazzjoni f’Malta dejjem qiegħda tikber fl-età u dan iħalli impatt fuq l-istabilità tal-finanzi pubbliċi. L-ispiża fuq il-pensjonijiet kienet inqas mill-medja Ewropea fl-2013, iżda mistennija titla għal 12.8% tal-Prodott Domestiku Gross sal-2020 – waħda mill-ogħla rati fl-Unjoni Ewropea.  L-awtoritajiet Maltin, tagħraf il-Kummissjoni Ewropea, adottaw strateġija nazzjonali fil-qasam tas-saħħa u qiegħdin jevalwaw il-mod kif jintefqu l-flus fl-istess qasam.

Aqra aktar

“Jum l-Ewropa? Illum?”

Illum Jum l-Ewropa – jum li jimmarka l-anniversarju tad-dikjarazzjoni Schuman.

F’diskorsi f’Pariġi fl-1950, il-Franċiż Robert Schuman li dak iż-żmien kien Ministru tal-Affarijiet Barranin, ikkomunika l-ħolma tiegħu għall-koperazzjoni politika fost pajjiżi Ewropej.

Għaqda li għamlet il-gwerra bejn nazzjonijiet Ewropa ħaġa tal-passat.

L-Uffiċju tal-Parlament Ewropew f’Malta llum wassal il-messaġġ tal-jum permezz ta’ dan il-filmat.

Aqra aktar

“Malta: investiment b’saħħtu” – il-KE

Il-Kummissjoni Ewropea ħarġet it-tbassir għar-Rebbiegħa u fih qalet li Malta għandha “investiment b’saħħtu.” F’rapport ieħor mill-iktar pożittiv, il-Kummissjoni Ewropea qalet li “wara tkabbir ekonomiku b’saħħtu iktar milli mistenni fl-2015, it-tkabbir mistenni jimmodera iżda se jibqa’ robust fl-2016 u l-2017.”

Aqra aktar

Send this to a friend