kummissarju – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Investigazzjoni tikkonkludi li ma nkisru ebda drittijiet ta’ Mario Portelli

Bord ta’ investigazzjoni li nħatar mill-Kummissarju tas-Saħħa Mentali kkonkluda li ma nkisru l-ebda drittijiet ta’ Mario Portelli u li l-Pulizija aġixxew skont il-liġi tas-Saħħa Mentali.

Dan joħorġ minn tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tal-whip tal-Gvern Byron Camilleri li staqsa lid-deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar l-investigazzjonijiet li saru fuq il-każ ta’ Portelli.

Aqra aktar

Il-Kummissarju għall-Istandards quddiem il-Parlament għall-ewwel darba

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika rċieva erba’ ilmenti li tlieta minnhom qed jinvestigahom u ieħor li mhux ikun investigat għax ‘prima facie’ ma jaqax skont il-liġi.  Il-Kummissarju George Hyzler qal dan meta ltaqa’ l-ewwel darba l-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Kummissarju Hyzler għandu sitt xhur biex jagħlaq investigazzjoni.Aqra aktar

“Ibbuljar, fastidju, jew diskriminazzjoni fil-konfront tat-tfal qatt mhu aċċettabbli”-L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

“Huwa dmir tal-ġenitur jew ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, l-edukaturi, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-adulti kollha li huma importanti fil-ħajja tat-tfal li jiżguraw li t-tfal kollha, inklużi t-tfal tal-politiċi, huma protetti minn kull forma ta’ bbuljar, fastidju jew diskriminazzjoni”. Dan qalu l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrija dwar il-ħarsien ta’ tfal ta’ persuni pubbliċi.

L-isqarrija tagħmilha ċara li bbuljar u fastidju fuq it-tfal, qatt mhu aċċettabbli, u li l-adulti għandhom jagħtu eżempju biex it-tfal jirrispettaw lil ta’ madwarhom anke jekk ma jaqblux magħhom. Aqra aktar

ARA: Liġi li tħares l-interessi veri tat-tfal

Hekk iddeskriviet l-iżviluppi fil-liġi tal-protezzjoni tat-tfal, il-Kummissarju tat-tfal Pauline Miceli.

Fil-liġi l-ġdida tal-protezzjoni tat-tfal, l-gvern qed jipproponi li l-professjonisti li jaħdmu mat-tfal ikunu legalament marbuta li jirapportaw kull abbuż fuq it-tfal.

Aqra aktar

Il-Kummissjoni għall-ugwaljanza NCPE se ssir entità awtonoma

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Helena Dalli ħabbret fil-Parlament li l-kummissjoni għall-ugwaljanza, l-NCPE, se tiġi kostitwita biex issir entità awtonoma.

Meta wieġbet mistoqsija tal-Whip tal-Gvern Byron Camilleri, il-Ministru qalet li din hija skont dak li nbeda fil-legislatura l-oħra u din tinvolvi ħafna djalogu mas-sħab soċjali.

Hija qalet li se jitressqu żewġ liġijiet. Waħda li se twaqqaf din il-kummissjoni awtonoma li se tkun taqa’ taħt l-iSpeaker tal-Kamra u l-Kummissarju jkun maħtur biż-żewġ terzi tal-Kamra.

Din il-Kummissjoni se tkun imfassla fuq il-liġi ta’ Pariġi li wieħed mill-punti ewlenin tagħha, hija l-awtonomija.

Aqra aktar

Il-Pulizija ma tħares lejn wiċċ ħadd

Dalgħodu waqt iċ-ċerimonja li fiha ngħata rikonoxximent lil dawk il-membri tal-korp li ddistingwew ruħhom f’xogħolhom , il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia semma li fil-parlament il-Gvern se jkun qed iressaq emendi biex jiħraxu l-pieni fil-konfront ta’ min jikkometti vjolenza fuq uffiċjali tal-pulizija.

Huwa rrimarka wkoll għas-suċċessi kbar li wettqu l-pulizija fosthom matul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li matul is-sena li għaddiet il-pulizija rnexxilha taqbad l-akbar ammont ta’ droga.

Aqra aktar

Send this to a friend