Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà se jkun qed jindirizza konferenza stampa b’rabta mal-każ ta’ Melvin Theuma.Aqra aktar

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà se jkun qed jindirizza konferenza stampa b’rabta mal-każ ta’ Melvin Theuma.Aqra aktar
Il-Prim Ministru appella lill-Oppożizzjoni biex ma tabdikax mill-funzjoni tagħha u tipparteċipa fi proċess kruċjali fl-għażla ta’ Kummsisarju tal-Pulizija.Aqra aktar
Il-Partit Nazzjonalista ħareġ jibbojkotja lil Angelo Gafà li huwa l-kandidat li qed jiġi referut għall-Kummissarju tal-Pulizija mill-Kabinett tal-Ministri.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li mhux se jkun qed jipparteċipa fil-kumitat, li se jagħmel skrutinju u jsaqsi l-mistoqsijiet lil Angelo Gafà. Aqra aktar
Il-Partit Nazzjonalista għadu jrid jiddeċiedi jekk hux se jipparteċipa fil-Kumitat Parlamentari għall-ħatriet pubbliċi li se jagħmel skrutinju u jsaqsi mistoqsijiet lill-persuna li se tokkupa l-ogħla kariga fil-korp tal-Pulizija. Aqra aktar
Din il-ġimgħa l-Kummissjoni għas-servizz pubbliku bdiet bil-proċess ta’ għażla għall-Kummissarju l-ġdid tal-pulizija. Aqra aktar
Il-Partit Nazzjonalista kompla jattakka l-proċess ta’ sejħa pubblika għall-pożizzjoni ta’ Kummissarju tal-Pulizija ġdid. Aqra aktar
Għalkemm il-pajjiż għaddej minn mument ta’ sfida riżultat tal-imxija tal-virus Coronavirus, il-Parlament qed jissokta bil-ħidma tiegħu. Aqra aktar
Esperti legali laqgħu l-mod ġdid li bih se jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija li fi kliemhom ħoloq bilanċ bejn dak li rrakkomandat il-Kummissjoni Venezja imma wkoll bilanċ politiku. Aqra aktar
Id-deputat Nazzjonalista, Karol Aquilina, ħareġ jattakka l-inkjesta tal-Maġistrat Aron Bugeja. Fuq newsbook kiteb li din l- inkjesta m’għandha qatt tittieħed bħala bibbja.
Il-Pulizija ressqet il-Qorti l-akkużat bil-qtil ta’ Caroline Magri, nhar il-Ġimgħa li għaddiet. Wara li fl-aħħar jiem l-akkużat kien taħt kura psikjatrika, kien rilaxxat fl-aħħar sigħat biex il-Pulizija setgħet tkompli bl-investigazzjoni tagħha.
L-akkużat huwa s-sieħeb tagħha, li nfexx jibki fl-awla u qiegħed jikkomunika permezz ta’ traduttur, peress li jitkellem biss Franċiż.
L-Ispettur Keith Arnaud preżenta taħt arrest lil Djibril Ganiou, ta’ 33 sena, imwieled l-Badou, Togo u li jgħix Tas-Sliema. Huwa kiseb permess biex jgħix l-Italja.
Jinsab akkużat li nhar it-30 ta’ Settembru f’Ta’ Giorni intenzjonalment qatel lil Caroline Magri. Akkużat li kellu armat b’arma tan-nar u sikkina jew arma li taqta’.
L-akkużat wieġeb mhux ħati iżda ma kkontestax għall-ħelsien mill-arrest. Għaldaqstant huwa se jiba’ fil-kustodja tal-Pulizija.
Send this to a friend