L-Oppożizzjoni tipprova timmina ħidmet l-Awditur Ġenerali

Waqt il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi, l-Erbgħa waranofsinhar, l-Oppożizzjoni wriet nuqqas ta’ fiduċja fl-Awditur Ġenerali u riedet tieħodlu xogħlu, dak ta’ skrutinju.Aqra aktar

Il-Kumitat tal-PN tal-Mosta jivvota biex Delia jirreżenja

Il-Kumitat tal-Partit Nazzjonalista tal-Mosta approva b’mod unanimu mozzjoni biex il-Kap Nazzjonalisti Adrian Delia u t-tmexxija tal-Partit jirriżenjaw u jerfgħu r-responsabilità politika għaż-żewġ telfiet elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali.Aqra aktar

Iridu lil Delia jirtira l-kandidatura; jgħidu li sabuh ĦATI

Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista jrid li Adrian Delia, minn jeddu, jirrikunsidra l-pożizzjoni tiegħu bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap.

Dan wara li għamel tiegħu rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Etika li ħatar nhar it-Tnejn. Il-kumitat qal li l-elezzjoni skedata għal Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista għandha tibqa’ għaddejja u ma jħossx li għandu jwaqqaf il-proċess elettorali. Aqra aktar

CASA BISS partiġġjan

Spiċċat l-ewwel sessjoni tal-kumitat Pana, tal-Parlament Ewropew.  Dan huwa kumitat li twaqqaf wara l-Panama Papers bl-iskop li janalizza s-sistemi finanznarji u taxxa fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru Edward Scicluna kien l-ewwel li tkellem illum, fis-sessjoni li qed issir fil-Parlament. L-uniku persuna li semma il-każ ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi kien il-membru Ewro-Parlamentari Nazzjonalista David Casa.

Jidher li l-kumitat Pana mhux qed joqgħod għall-pressjoni tal-Partit Nazzjonalista u qed jiffoka fuq is-sistema ta’ taxxa lokali, li ilha fis-seħħ għal snin. Il-mistoqsijiet mhumiex faċli, imma l-Ministru Sclicluna preparat u s-sessjoni qed tkompli mal-Kummisjoni tat-Taxxi Interni.

Minn informazzjoni li qed taslilna wara kull sessjoni, jirriżulta li David Casa biss qed jibqa’ jinsisti li jkun partiġġjan, u waħdu qed jibqa jistaqsi dwar każijiet speċifiċi.

Send this to a friend