Notifiki

Ivan Brincat maħtur President tal-MBSA

Ilbieraħ saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Billiards Snooker and Association fejn Ivan Brincat ġie maħtur President tal-Assoċjazzjoni wara li kiseb madwar 78% tal-voti mitfugħa u b’hekk ser ikun qiegħed jieħu post is-Sur Frans Bugeja li ma reġax ikkontesta wara diversi snin bħala President ta’ din l-Assoċjazzjoni. Il-kontenstant l-ieħor kien Kevin Vella.

Aqra aktar

Jinħatar il-kumitat il-ġdid tal-MFRA

Il-Malta Football Referees Association ikkonfermat l-Kumitat il-Ġdid għal staġun 2020/21 hekk kif il-ġurnata tat-Tnejn 15 ta’ Ġunju 2020 kienet ġurnata importanti u storika ghal MFRA, dan għaliex saret l-ewwel darba fl-istorja AGM virtwali bejn il-membri kollha tal-Għaqda biex aparti kollox jinħatar il-kumitat.

Aqra aktar

Kumitat ġdid għall-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati ta’ Malta

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati ta’ Malta saret elezzjoni għall-Kumitat il-ġdid tal-Assoċjazzjoni għas-snin 2018-2020.

L-Imħallef Toni Abela se jkun President tal-Kumitat il-ġdid. Il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri se tkun il-Viċi-President, il-Maġistrat Francesco Depasquale inħatar Segretarju Ġenerali, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera nħatret bħala teżorier, filwaqt li s-Segretarju Internazzjonali se tkun l-Imħallef Loraaine Schembri Orland.

 

Send this to a friend