Kultura – Page 6 – One News

Notifiki

Spettaklu ta’ mużika Taljana fit-Teatru Rjal

Uħud mill-aqwa kanzunetti Taljani ta’ kantanti bħal Laura Pausini, Zucchero, Eros Ramazzotti, Ivana Spagna u Pooh se jiġu interpretati minn bosta artisti Maltin.

Dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-mużika Taljana m’għandniex dubju li se jkollhom xalata bl-ispettaklu mtella’ waqt it-tieni edizzjoni tal-Notte Italiana bis-sehem tal-Malta Concert Orchesta li se jittella’ s-Sibt fi Pjazza Teatru Rjal.Aqra aktar

Ċans biex tipproduċi xogħol marbut mal-Karnival fil-Karnival tas-Sajf!

Il-Karnival tas-Sajf se jkun estiż bl-avveniment ‘Hands-On Summer Carnival Experience’. Dan ħabbritu Festivals Malta fi stqarrija, fejn iddeskriviet dan l-avveniment bħala wieħed li se jgħin lill-pubbliku jsir jaf aħjar ix-xogħol artistiku li huwa marbut mal-Karnival, u jkollu ċ-ċans jipproduċi xogħolijiet hu stess marbuta mal-Karnival Malti.Aqra aktar

Żewġ poeżiji Maltin se jinbidlu f’films għall-Festival tal-Letteratura ta’ din is-sena

Żewġ poeżiji Maltin, ‘Kafè’ ta’ Achille Mizzi, u ‘Il-Lejl f’Dan l-Istazzjon’ ta’ Oliver Friggieri, se jkunu maħduma f’films għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta 2018. Dawn se jintwerew matul l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta, li se jsir bejn it-23 u l-25 ta’ Awwissu fil-Forti Manoel, Il-Gżira Manoel.Aqra aktar

Il-bibien tat-Teatru Manoel jinfetħu għall-anzjani li jgħixu fid-djar tal-gvern jew li jattendu ‘day centres’

Kienet ħarġa mhux tas-soltu għal anzjani li jgħixu f’San Vincenz de Paule jew li jattendu day centres jew istituzzjonijiet oħrajn li wieġbu għal stedina li saritilhom biex jattendu t-Teatru Manoel.

Għal ħafna minnhom din kienet l-ewwel darba li attendew it-Teatru Manoel fejn kellhom l-opportunità jaraw, bla ħlas, performance mill-iktar sabiħa dwar id-diski tal-mibki Gaetano Kanta.

 Aqra aktar

40 artist minn 18-il pajjiż b’wirja rikka ispirata minn Picasso fi Spazju Kreattiv

“Dan huwa s-sabiħ tal-kultura u l-arti, it-twaħħid tal-espressjoni artistika internazzjonali f’binja minsuġa bejn it-tradizzjoni u l-modern. Huma okkażjonijiet bħal dawn li jkomplu jgħollu ’l fuq il-kwalità tal-kultura, billi nkomplu nressqu l-arti internazzjonali lejn il-poplu Malti, filwaqt li nkomplu noħolqu aktar opportunitajiet ta’ skambju artistiku għall-artisti Maltin,” qal il-Ministru għall-Ġustizzzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici.

Aqra aktar

Lejn politika kulturali nazzjonali

F’April li għadda l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nieda proċess konsultattiv mal-pubbliku biex titfassal Politika Kulturali Nazzjonali 2020-2025. Din se tkun it-tieni darba li l-pajjiż qed joħloq politika nazzjonali kulturali. L-ewwel waħda tnediet fl-2011. Minn dakinhar, żviluppi globali u lokali biddlu għal kollox ix-xenarju kulturali u twieldu wkoll sfidi ġodda.

Aqra aktar

Iċ-ċisterni tal-Belt Valletta rikonoxxuti mad-dinja

“Who by Fire”, l-installazzjoni akustika li għamlet parti mill-programm ta’ wirjiet kulturali fil-Valletta elfejn u tmintax ġien innominata għall-premju prestiġġjuż magħruf bħala Leading Culture Destinations Award.

Kull sena dan il-premju jitfa’ dawl fuq l-aqwa destinazzjonijiet kulturali stabbiliti mad-dinja kollha u jagħti ħarsa lejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li għandhom l-iktar proġetti li jħallu impatt.

Id-direttur tal-Valletta 2018 Catherine Tabone f’kumment ma’ One News tkellmet dwar din il-wirja viżiva mill-artista Skoċċiża Susan Philipsz li dan l-aħħar rebħet ukoll il-Premju Turner.

“Who by Fire” tittratta l-ħoss ta’ qanpiena navali u li permezz tagħha viżitaturi jistgħu jiskopru l-Belt Valletta minn taħt l-art.

Il-fondazzjoni Valletta 18 fetħet dawn iċ-ċisterni, irranġathom b’mod li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku u inkludiet fihom installazzjoni li llum il-ġurnata ġiet nnominata għal dan il-premju prestiġġjuż.

Madankollu dan ma kienx proġett faċli hekk kif iċ-ċisterni kienu jinvolvu ħafna xogħol sabiex ikunu addatti għal ħafna żjajjar mill-pubbliku.         

Ix-xogħol kien kbir għaliex ovjament kellu joħroġ il-ħama u l-ħmieġ kollu li kien inġabar hemmhekk tul diversi snin u ma kienx ammont ta’ snin żgħir.

Is-Sinjura Tabone esprimiet il-ferħ tagħha għal din in-nomina tant prestiġjuża filwaqt li tkellmet dwar premju ieħor li l-fondazzjoni kisbet riċentament.             

Il-kwalitá tal-programm kulturali tagħna ġiet mgħotija il-premju ta’ Melina Mercouri ta’ miljun u nofs ewro għall-kwalitá tal-avvenimenti u l-inizjattivi kulturali li fih.

Iċ-ċerimonja se tittella’ f’Londra, f’Settembru li ġej.

 

Send this to a friend