Kultura – Page 5 – One News

Notifiki

Ara f’liema futur tista’ tkun qed tgħix 30 sena oħra

Il-kunċett ta’ kif se jkun il-futur tagħna u ta’ wliedna 30 sena oħra hija t-tema esplorata mill-grupp Awstrijak  f’esebizzjoni interattiva bl-isem ‘Cabinet of the Future’. Dan il-grupp ta’ seba’ artisti beda jaħdem fuq dan il-proġett fl-2016, b’sensiela ta’ workshops f’Malta fejn dawk preżenti iddiskutew mal-artisti kif jixtiequ li jkun il-futur tagħhom. Minn dawn l-ideat, l-artisti bl-għajnuna ta’ aktar minn 100 persuna, ħarġu b’din l-esebizzjoni fejn b’mod tanġibbli qed juru dawn l-ideat diversi. Dan kollu bil-għan li jqajmu aktar diskussjonijet dwar il-futur.Aqra aktar

ARA: L-isfidi tal-baned Maltin

In-nies tgawdi u bosta jħejju biex il-festa tal-belt jew raħal tagħhom jgawduha mal-familja. Iżda għalkemm naħsbu f’dawk li jippreparaw l-armar u n-nar, ftit tgħaddilna minn rasna kemm is-soċjetajiet mużikali u l-baned ikollhom x’jogħmodu qabel il-festa.

Saret uġigħ ta’ ras għal kull surmast u delegat tal-banda biex isib bandisti li lesti jonfħu fuq li jonfħu għall-marċi brijużi waqt li ħaddieħor ikun fuq l-ispallejn fis-seba’ sema’.Aqra aktar

Suċċess kbir għall-Karnival tas-Sajf

Madwar 20,000 ruħ attendew il-Karnival tas-Sajf li qiegħed fis-6 sena konsekuttiva tiegħu, għal darb’oħra turija ċara tal-popolarità qawwija li inizjattivi ta’ din is-sura qegħdin jiksbu matul is-snin. L-edizzjoni ta’ din is-sena, imtella’ minn Festivals Malta, ġiet iċċelebrata fuq 3 ijiem f’Buġibba u Marsaskala.Aqra aktar

Qanpiena ta’ 260 sena lura f’Ħad-Dingli

F’Lejlet il-Festa ta’ Santa Marija f’Ħad-Dingli ġie inawgurat proġett ta’ restawr fuq qanpiena imprezzabli li tmur lura għas-seklu 18. Din kienet l-aħħar waħda maħduma fil-funderija ewlenija tal-Kavallieri ta’ San Ġwann minn Ġulju Cauchi, l-istess persuna magħrufa għax-xogħol li għamel fuq il-qniepen tal-Kon-Katidral fil-Belt Valletta.Aqra aktar

Send this to a friend