Kultura – One News

Notifiki

Fond ta’ €75,000 għas-settur artistiku

€75,000 mill-Fond Malti għall-Arti se jagħmlu tajjeb għas-settur kulturali lokali li ntlaqat b’mod negattiv mill-pandemija COVID-19. Fi stqarrija l-Ministeru għall-Arti u l-Kunsill Malti għall-Arti spjegaw li dawn il-flus mistennija jkunu investiti fi proġetti jew inizjattivi kulturali li jindirizzaw l-impatt negattiv tal-pandemija fuq dan is-settur.Aqra aktar

The Travellers, Skald u Mistura fost it-talenti lokali f’Għanafest 2019

The Travellers, Skald u Mistura, fost l-oħrajn, se jkunu qegħdin jagħtu spettaklu uniku waqt l-Għanafest ta’ din is-sena, li se tkun qiegħda ssir llejla 21 ta’ Ġunju u għada 22 ta’ Ġunju fi Ġnien l-Argotti fil-Furjana.

Il-Ministru Owen Bonnici żar l-aħħar preparamenti, fosthom il-provi ta’ The Travellers li se jkunu qed jagħtu spettaklu llejla fl-Argotti. Permezz ta’ festivals bħall-Għanafest, qegħdin nagħtu spazju xieraq lit-talent lokali biex jimraħ u jsaħħaħ il-karriera mużikali tiegħu, filwaqt li nkomplu nippromwovu l-aċċessibbiltà għall-avvenimenti kulturali Maltin ta’ kwalità għolja.Aqra aktar

Pjattaforma għall-futur tat-tradizzjoni

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici fetaħ is-seminar “Il-Mużewijiet bħala hubs kulturali: il-futur għat-tradizzjoni”, mill-Għaqda Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM) biex jiġi kkommemorat il-Jum Internazzjonali għall-Mużewijiet li sar fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu.

Aqra aktar

Festivals Malta tniedi l-programm ta’ festivals differenti għas-sajf li ġej

Festivals Malta nediet il-programm għall-istaġun sajfi, xahrejn ta’ kultura kontinwa b’ideat ġodda u inovattivi, esperjenza li se tinħass minn kulħadd.

Il-fesitval Għanafest, taħt id-direzzjoni tal-direttur artistiku, Tiziana Calleja, se jikontribwixxi għal qawmien mill-ġdid tal-wirt storiku Malti mżewwaq mal-kultura tal-lum. Ġnien l-Argotti se jkun qed jieħu xejra differenti b’programm għall-familja kollha.Aqra aktar

Sena mill-aqwa għall-arti u l-kultura

Mijiet ta’ familji Maltin u Għawdxin ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta għall-Aħħar Festa, li mmarkat l-għeluq ta’ Valletta  2018. Din l-okkażjoni speċjali li mmarkat il-qofol ta’ sena mimlija arti u kultura għal kulħadd.Aqra aktar