Ippubblikat ktieb ġdid dwar is-servizz pubbliku

Tnieda l-ktieb Public Service Reforms in a Small State, miktub mill-Professur Frank Bezzina flimkien ma’ Dr Vincent Marmara u Dr Emanuel Camilleri.Aqra aktar

Perspettiva ta’ Malti Ewropew

Fl-awtobiografija ġdida tiegħu, Confessions of a European Maltese- The Middle Years, l-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Alfred Sant jitfa’ aktar dawl fuq l-avvenimenti li seħħew f’pajjiżna u l-madwar bejn l-elf disa’ mija ħamsa u sebgħin u l-elf, disa’ mija tnejn u disgħin. Sbatax-il sena ta’ kunflitti u tranżizzjonijiet f’Malta u madwar id-dinja.

Aqra aktar

Ktieb dwar l-UE għat-tfal issa fil-libreriji pubbliċi

It-tfal jogħxew meta jaqraw ktieb mhux tas-soltu u propju ktieb għal tfal ta’ ħdax u tnax-il sena se jkattar l-għarfien tat-tfal fuq l-Unjoni Ewropea.

Dan il-ktieb, li ġie ppubblikat f’Novembru li għadda tqassam f’bosta skejjel u issa ħa tkun tista’ ssibu f’disgħa u ħamsin librerija pubblika madwar Malta u Għawdex. Aqra aktar

Tfajla ta’ 16-il sena mill-Birgu tippubblika ktieb bil-poeżiji tagħha

Martha Agius hija tfajla mill-Birgu li ftit xhur ilu lestiet l-istudji tagħha mill-Iskola Sekondarja tal-Verdala, iżda minkejja l-età żgħira ta’ sittax-il sena, din għadha kemm ippublikat ktieb tal-poeżiji.Aqra aktar

Ktieb ġdid tal-Istudji Soċjali għall-istudenti tal-ewwel u t-tieni sena tas-Sekondarja

Dari s-suġġett tal-istudji soċjali seta’ kien ibeżża’ t-tfal għaliex kien jeħtieġilhom jistudjaw ħafna bl-amment iżda issa għall-ewwel sentejn tas-sekondarja, l-istudenti għandhom żewġ kotba mill-aktar interattivi.Aqra aktar

Send this to a friend