Fi stqarrija li ħarġu l-Ħadd kmieni wara nofsinhar, id-19-il deputat li sfiduċjaw lil Adrian Delia qalu li huma qed jiżguraw li kull deċiżjoni li ħadu u li għad iridu jieħdu se jpoġġu dejjem l-interessi tat-tesserati Nazzjonalisti. Aqra aktar

Fi stqarrija li ħarġu l-Ħadd kmieni wara nofsinhar, id-19-il deputat li sfiduċjaw lil Adrian Delia qalu li huma qed jiżguraw li kull deċiżjoni li ħadu u li għad iridu jieħdu se jpoġġu dejjem l-interessi tat-tesserati Nazzjonalisti. Aqra aktar
Michael Briguglio attakka lil min fil-Partit Nazzjonalista fi kliemu “mhux jirrispetta d-demokrazija u l-istatut. Aqra aktar
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ġarrab umiljazzjoni kbira wara li mar lura minn kelmtu meta sejjaħ għas-sospensjoni tal-eks kap tal-partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Sostna dan l-editorjal tal-gazzetta Malta Today li żied jargumenta li huwa sorprendenti kif Busuttil għadu jirreżisti milli jerfa’ r-responsabbiltà għall-iżball diżastruż li wettaq meta, b’mod konxju jew mhux, ħalla lilu nnifsu jintuża minn dawk li riedu jeqirdu għalkollox lil Joseph Muscat u jkissru l-proċess demokratiku ta’ pajjiżna.Aqra aktar
Ġimgħatejn wara li ħareġ l-iskandlu Skema Pagni PN. Erbatax-il ġurnata li matulhom il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ma ppubblikax prova waħda biex jiċħad dak li kixfu donaturi tal-Partit tiegħu stess.
Donaturi li żvelaw kif fuq it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni stess, kienu qed iħalsulu l-pagi ta’ Brian St John u Rosette Thake.
Jum wara jum u ġimgħa wara ġimgħa kollox jibqa’ jsir kif jiżvelaw l-imkejjen ta’ ONE NEWS mid-Dar Ċentrali. Kien fit-tmienja ta’ Awwissu li one.com.mt żvela li se jibdew sensiela ta’ artikli favur il-kap biex itaffu l-kritika u hekk qed jiġri.Aqra aktar
Wara l-laqgħa tal-grupp parlamentari tal-lum Simon Busuttil se jkun qiegħed jindirizza l-midja bil-grupp parlamentari warajh.
Fil-laqgħa ta’ tmexxija tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tnejn f’lukanda, l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel ħinijiet sostanzjali juri l-videos tal-President tal-Istati Uniti, Obama, u politiċi Amerikani oħra.
Din il-laqgħa ta’ tmexxija saret f’lukanda bit-tama li ma jkunx hemm ‘leaks’ mid-Dar Ċentrali. Iżda kien kollu għaxejn b’ONE NEWS ikun mgħarraf u jistenna lil Busuttil ħiereġ mil-lukanda.
Send this to a friend