Kristy Debono – One News

Notifiki

Demarco jraqqa’ l-pannu bil-qargħa aħmar dwar Debono

Skont id-deputat Nazzjonalista Mario Demarco, Kristy Debono rriżenjat minn President tal-Kunsill Ġenerali wara li nqabdet li flimkien ma’ Herman Schiavone ltaqgħet ma’ Yorgen Fenech wara li sar magħruf li huwa s-sid tal-kumpanija 17 Black. Aqra aktar

FILMAT: Delia jgħid sejrin, Debono tgħid ġejjin

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal fil-Parlament it-Tnejn li għadda li kumpaniji tal-gaming qegħdin jirrilokaw għall-pajjiżi oħra. L-għada wieġbu l-Prim Ministru Joseph Muscat u qallu li fil-fatt il-ħaddiema fis-settur żdiedu u mhux naqsu.
Aqra aktar

ARA: Pressjoni kbira bejn il-Captain u l-Coach

L-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, l-aktar is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-Kap tal-Midja tal-Partit Pierre Portelli spiċċaw fil-mira ta’ kritika qawwija mill-għeruq tal-partit fil-bidu tal-kampanja elettorali li l-PN nieda fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għadda.

Artiklu li deher fil-gazzetta Kullħadd spjega kif l-attakki kontra Puli u Portelli qegħdin isiru fid-Dar Ċentrali u gruppi magħluqa fuq il-midja soċjali. Puli u Portelli spiċċaw jiddefendu l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, minħabba li huma l-perċimes fit-tfassil tal-kampanja elettorali. Dan filwaqt li d-Deputat Kap għall-Affarijiet tal-Partit Robert Arrigo ma kellux għażla oħra ħlief li joħroġ għonqu biex jiddefendi, u min-naħa l-oħra biex jikkalma l-irjus tal-għeruq u tat-tesserati tal-Partit li mhux qed jaqblu mal-istrateġija tal-Partit li minnhom Arrigo jrid ikompli jiġbor il-flusAqra aktar

IL-PN b’attakk fuq il-ħaddiema tal-Wasteserv

L-Opppożizzjoni Nazzjonalista qed tippersisti bl-attakk tagħha fuq il-ħaddiema tal-Wasteserv fejn minkejja ż-żieda fl-operat tal-istess Wasteserv, kelliema tal-Partit Nazzjonalista qed jibqgħu jgħidu li mal-kumpanija hemm ħaddiema żejda u li l-impjieg tagħhom huwa kapriċċ.

Dan il-messaġġ ħareġ l-iktar meta nhar it-Tlieta ltaqa’ l-kumitat dwar il-kontijiet pubbliċi fejn ġiet diskussa l-ittra ppreżentata mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista sabiex “jifli” is-sitwazzjoni ta’ ingaġġ ta’ ħadiema ġewwa l-kumpanija Wasteserv. Liema ittra kienet ġiet ippreżentata bl-għaġla, ġurnata biss wara li l-Gvern talab lil dan l-istess kumitat biex jinvestiga l-iskandlu ta’ Jason Azzopardi, dak tal-Fekruna u l-art ta’ Spinola.

Aqra aktar

Send this to a friend