Il-Kriminologu Saviour Formosa ma jaqbel xejn ma’ waħda mill-ftit proposti li għamel il-Partit Nazzjonalista.
Dik li l-Kummissarju tal-Pulizija jkun maħtur b’żewġ terzi tal-Parlament.
Formosa, Professur tal-Università ta’ Malta, oġġezzjona għal dan f’intervista mat-Times of Malta li matulha tkellem dwar il-bidliet meħtieġa fil-Korp tal-Pulizija. Dan anke wara stħarriġ li sar fost il-membri tal-istess korp. Aqra aktar