Notifiki

‘Riġenerazzjoni soċjali li tfisser l-impenn tal-Gvern lejn in-nies tal-Kottonera’- il-PM


Riġenerazzjoni soċjali li tfisser l-impenn tal-Gvern lejn in-nies tal-Kottonera, hekk saħaq il-Prim Ministru, Dr. Joseph Muscat, waqt konferenza dwar ir-riġenerazzjoni li se ssir fil-Kottonera kif ukoll il-Kalkara. Aqra aktar

Jitnieda l-‘Birgu Fest’ 2019


Is-Sibt li ġej il-belt storika tal-Birgu se terġa’ tiddawwal biss bix-xemgħat flok l-elettriku waqt edizzjoni oħra tal-Birgu Fest, avveniment kulturali li joħroġ fid-deher is-sbuħija u l-istorja ta’ waħda mill-ibliet storiċi Maltin. Aqra aktar

Ġiet imnedija għall-konsultazzjoni pubblika l-istrateġija għall-Kottonera – Birgu, Bormla, Isla u Kalkara.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Proprjetà Chris Agius, u l-Kordinatur Eżekuttiv tal-Kumitat għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera Glenn Bedingfield nedew il-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija għar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera.
Aqra aktar

L-istrateġija għall-Kottonera titnieda x-xahar id-dieħel

Il-pjan ta’ strateġija għall-Kottonera mistenni jitnieda għall-konsultazzjoni pubblika f’Settembru li ġej. Dan wara li tħejja mal-Kunsilli Lokali tal-lokalitajiet involuti fix-xhur li għaddew.

Id-Deputat Laburista Glenn Bedingfield qal mal-gazzetta KullĦadd li s-sehem tal-Kunsilli Lokali huwa wieħed kruċjali. “Ħdimna magħhom fit-tħejjija tal-pjan ta’ strateġija u rridu naħdmu aktar flimkien ġaladarba tibda l-implimentazzjoni tal-pjan,” qal Bedingfield li kien fdat mill-Prim Ministru bi tħejjija ta’ din l-istrateġija f’Marzu tas-sena li għaddiet.Aqra aktar

Send this to a friend