Iniedi ktieb fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni tal-Imħallef Rosario Livatino

Għada jitnieda ktieb fl-okkażjoni tal-Beatifikazzjoni tal-Imħallef Rosario Livatino fid-9 ta’ Mejju 2021, miktub minn Robert Aloisio.

It-tnedija se ssir virtwali  fl-4.30pm.

Il-ktieb jista’ jinkiseb online minn sayitmalta.com, minn Librerija Preca fil-Blata u mingħand l-awtur innifsu. Hemm ukoll offerta għal min jakkwista t-tliet kotba tas-sensiela.

Il-qligħ kollu mill-ktieb se jmur għall-Caritas Parish Djakonija Network.

Il-ktieb jitkellem dwar meta nhar il-11 ta’ April 2006, il-pulizija Taljana qabdet lil Bernardo Provenzano, wara 43 sena maħrub, kulħadd baqa’ mistagħġeb kif dan il-kap assolut u vjolenti ta’ Cosa Nostra, il-mafja ta’ Sqallija u waħda mill-ikbar mafji tad-dinja, kien qed jistaħba ġo post fqir, jgħix ħajja mill-aktar sempliċi. Imma kien hemm dettal ieħor li forsi ġie ttraskurat minn ħafna imma li lill-awtur Robert Aloisio laqtu iżjed. F’dak il-post fqir kien qed jgħix bniedem reliġjożissimu, mimli santi u statwi sagri, mimli simboli tal-fidi Kattolika u strumenti ta’ talb.Aqra aktar

Żewġ kotba għat-tfal li jxettlu aktar imħabba lejn l-annimali

F’ħidma konġunta bejn żewġ Ministeri tal-Gvern tnedew żewġ pubblikazzjonijiet edukattivi għall-istudenti tar-raba’ u s-sitt sena tal-iskejjel primarji bil-għan li jixprunaw kuxjenza dwar it-trobbija tal-annimali.Aqra aktar

Żieda fil-kotba mislufa mil-libreriji pubbliċi

Is-sena li għaddiet, il-libreriji pubbliċi madwar Malta u Għawdex irreġistraw żieda ta’ tnejn punt tlieta fil-mija fil-kotba mislufa mis-sena ta’ qabel. Aqra aktar

Brillantini tal-kitba jħeġġu aktar kreattività fil-kitba tagħhom

Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Novembru u s-Sibt 1 ta’ Diċembru 2018, 50 tifel u tifla mill-iskejjel tal-istat, tal-Knisja u Indipendenti Maltin u Għawdxin ħadu sehem fi programm ta’ attivitajiet tal-kitba għall-Brillantini tal-Kitba f’lukanda fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Dawn l-attivitajiet kienu organizzati mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Aqra aktar

ARA: L-akbar fiera tal-kotba li qatt ittellgħet

Ingħata bidu għall-akbar festival tal-kotba f’Dar il-Meditteran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

L-edizzjoni ta’ din is-sena  qed titqies bħala l-akbar fiera tal-ktieb li qatt saret sa’ issa. Dan hekk kif għall-ewwel darba l-bejjiegħa tal-kotba huma mifruxa fuq żewġ sulari.

Aqra aktar

Jidher li qed nieħu iktar interess fil-kotba!

Fl-2017, kien hemm total ta’ kważi 911,000 self ta’ kotba mil-libreriji. Dan ifisser żieda ta’ 66, 378, jew 7.9% fuq is-sena ta’ qabel. Ix-xiri u d-donazzjonijiet ta’ kotba lil libreriji pubbliċi żdied b’6.1%,  u 1.1% rispettivament.
Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni ta’ materjal ta’ kotba stampati naqas tul l-elfejn u sbatax meta mqabbel mal-elfejn u sittax.Aqra aktar

Jitħabbru r-riżultati tal-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ; mnedija seħja ġdida

Il-Konkors Letterarju – Kitba għaż-Żgħażagħ huwa konkors annwali mwaqqaf mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ bil-għan li jagħżel u jippremja rumanzi bil-Malti li jirnexxilhom jindirizzaw lill-adulti żgħażagħ u l-kwistjonijiet varji li dawn jiltaqgħu magħhom f’dan l-istadju partikolari tal-ħajja, mingħajr ma jadottaw pożizzjoni moraliġġanti jew didattika.

Ir-riżultati tal-edizzjoni tal-2017 tal-Konkors ġew imħabbra aktar kmieni dalgħodu waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet, li saret fl-uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’Belt-is-Sebħ, il-Furjana. Ir-rebbieħa Josianne Block ingħatat trofew, ċertifikat u għotja finanzjarja ta’ 1000 euro għal-manuskritt rebbieħ tagħha, Anonimu. Sussegwentement, Block se tiffirma kuntratt għall-għotja ta’ finanzjament għall-pubblikazzjoni tax-xogħol tagħha ma’ pubblikatur lokali.Aqra aktar

Jisselfu 3.8 miljun ktieb mil-libreriji pubbliċi f’ħames snin

Tul dawn l-aħħar ħames snin in-nies isselfu 3,873,121 ktieb mil-libreriji pubbliċi.

Qal dan il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, waqt li kien qed iwieġeb misqtosija Parlamentari tad-Deputat Laburista Robert Abela. Bartolo qal kif f’kull sena, l-akbar għadd ta’ kotba ħarġu mil-librerija pubblika tal-Furjana – 816,098 jew 163 elf minn ras għal ras. Is-sena l-oħra sselfu 844,598.Aqra aktar

Send this to a friend