kostumi – One News

Notifiki

Jitħabbru r-rebbieħa tal-Karnival 2017

Il-Kunsill Malti għall-Arti permezz tat-Tim Organizzattiv tal-Karnival, ħabbar ir-riżultati li jidhru hawn taħt relatati mal-konkorsi kompetittivi tal-Karnival 2017.

Il-Kunsill Malti għall-Arti irringrazzja lill-parteċipanti kollha, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija, Transport Malta, lill-membri tal-ġurija u lil kull min b’xi mod ta’ sehem fil-programm tal-Karnival ta’ din is-sena.

Il-Kunsill iħabbar li l-Karnival ta’ Malta 2018 se jiġi ċċellebrat bejn il-Ġimgħa 9 u t-Tlieta 13 ta’ Frar.

Aqra aktar

Il-maltemp ma ħassarx festi!

It-tbassir tal-Uffiċju Meterjoloġiku kien tajjeb, dik li lbieraħ filgħaxija tagħmel ix-xita. Tbassir li ħoloq tensjoni fost id-dilettanti tal-Karnival, hekk kif mhux l-ewwel darba li x-xita qliel u l-maltemp ikkawża ħsarat kbar fuq karrijiet li x-xogħol fuqhom ikun ilu għaddej sena sħiħa.

Aqra aktar

RITRATTI: Klieb li serqu l-attenzjoni bil-kostum tagħhom fit-toroq Maltin

Hekk kif f’dawn il-jiem qed niċċelebraw il-Karnival, il-kompetizzjoni ta’ min hu liebes l-iżjed kostum sabiħ u oriġinali ma tonqosx.

Kompetizzjoni li ħafna drabi tkun bejn it-tfal u anke xi kultant bejn l-adulti, iżda din is-sena fil-Belt Valletta jaf tiltaqa’ ukoll ma’ xi kelb eroj jew ma xi qattusa prinċipessa.

Jidher li wara li saret moda li wieħed jixtri l-ħwejjeġ għall-annimali tiegħu, ma setax jonqos li jixtrilu kostum li jiġbed l-attenzjoni kull fejn imur.

Aqra aktar

Ħafna spiderman u prinċipessi fost ir-ritratti tal-karnival li bgħattulna!

Illum hija ġurnata sinonima mal-briju u festa ta’ kuluri hekk kif fil-Belt Valletta jissokta l-Karnival tat-tfal. Kienu bosta l-ġenituri li bgħatulna ritratti tat-tfal tagħhom b’kostumi mill-isbaħ, iżda jkollna nammettu li l-iktar ħaġa li spikkat f’dawn ir-ritratti hija t-tbissima fuq fomm iċ-ċkejknin hekk kif f’dawn il-ġranet jkollhom iċ-ċans li jinbidlu fil-karattru favorit tagħhom.

Għidulna aktar dwar il-kostumi tagħkom: IVVOTA: tixtri, tiddobba, jew tagħmel inti?

Aqra aktar

IL-PROGRAMM FINALI TAL-KARNIVAL

Il-preparamenti għall-Karnival jinsabu fil-qofol tagħhom dan hekk kif il-Ħamis jinfetaħ is-separju għall-festa ta’ kuluri u eżebizzjonijiet li se jkunu qed ipaxxu t-toroq lokali bil-karrijiet, kostumi u żfin rinomat ma’ dawn iż-żminijiet. Għal dawk li qed jistennew b’ħerqa biex jilbsu l-kostum u jerħulha lejn il-Belt Valletta dan huwa l-programm tal-avvenimenti għal din is-sena:

Aqra aktar

FILMAT: Ftit ġimgħat biex il-Belt issir festa ta’ lwien

Il-Karnival ta’ Malta din is-sena se jsir bejn l-24 u t-28 ta’ Frar. Dan il-filmat juri l-promo uffiċjali għal din is-sena. Ilbies imlewwen, żeffiena maskarati u karrijiet jkunu t-tema ewlenija fil-Kapitali f’dan iż-żmien. It-tfal diġa’ qed jippjanaw u jaħsbu ta’ liema karattru x’se jilbsu din is-sena filwaqt li l-ħidma u l-ippjanar għal dawn il-ġranet ilha għaddejja ġmielha propju minn tmiem il-Karnival tal-2016.

Aqra aktar

Send this to a friend