korea t’isfel – One News

Notifiki

Fil-Korea t’Isfel: Madwar 100 persuna jirriżultaw fil-pożittiv għall-Coronavirus wara li marru fi stabbiliment tad-divertiment

Fil-Korea t’Isfel kienu rrappurtati 94 każ ġdid ta’ Coronvirus li kienu fi stabbilment tad-divertiment.
F’dan il-pajjiż reġgħu ngħalqu l-ħwienet tax-xorb u postijiet tad-divertiment f’Seoul. Dan minħabba li kien hemm żieda fin-numru ta’ każijiet ta’ Coronavirus u minħabba l-biża’ li tista’ tfeġġ it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet. Aqra aktar

Iċ-Ċina u l-Korea jikkonfermaw iż-żjara ta’ Kim Jong

Wara jiem ta’ spekulazzjoni, kien ikkonfermat li l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un żar iċ-Ċina.

Iż-żjara kkonfermata miċ-Ċina u l-Korea ta’ fuq, tfisser li din kienet l-ewwel żjara ta’ Jong-un barra mill-pajjiż mindu sar mexxej seba’ snin ilu.

Qiegħed ikun irrapurtat li t-taħdita bejn Xinping u Jong-un kienet waħda ta’ success.

Iċ-Ċina hija l-alleat ekonomiku ewlieni tal-Korea ta’ fuq u kien mistenni li tikkonsulta ma’ Beijing qabel is-summits ippjanati mal-Korea t’isfel u l-Istati Uniti.

Kim mistenni jiltaqa’ mal-President tal-Korea t’isfel Moon Jae-in f’April u mal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump f’Mejju.

Send this to a friend