korea ta’ fuq – Page 4 – One News

Notifiki

It-tfigħ tal-missila lejn il-Ġappun kien biss “l-ewwel pass”

Il-Korea ta’ Fuq sostniet li l-azzjoni tagħha li titfa’ missila lejn il-Ġappun aktar kmieni din il-ġimgħa, kienet biss l-ewwel pass minn għadd ta’ operazzjonijiet militari li għandha ppjanati.

Fuq il-mezzi tax-xandir tal-istat dittatorjali ġew rrikonfermati wkoll theddidiet li diġa’ kienu saru lejn il-gżira Amerikana Guam fl-Oċean Paċifiku li skont ir-reġim ta’  Jong-un hija “bażi avvanzata ta’ invażjoni”.

F’laqgħa li kellu tard fil-jum tat-Tlieta ġewwa New York, il-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda ikkundanna bi qbil unanimu dawn l-azzjonjiet mill-Korea ta’ Fuq, u sejħu l-attakk “xokkanti”.

Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq tgħid li l-missila li sparat kienet ta’ suċċess

Il-Korea ta’ Fuq qalet fi stqarijja dalgħodu li l-missila li ġiet sparata f’territorju Ġappuniż kienet ta’ suċċess.

Din hija l-ewwel darba li l-Korea ta’ Fuq stqarett li rnexxiela tispara missila li tista’ tasal sal-Amerka. Dan ġie mħabbar fuq stazzjon televiżiv ġewwa l-Korea ta’ Fuq.

Minħabba din l-istqarrija t-tensjoni internazzjonali mistenija tkompli tikber, speċjalment bejn il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Kong-un u l-President Amerikan Donald Trump.

Dan wara li Trump saħansitra avża lill-mexxeja Ċiniżi li l-Amerika tista’ tieħu azzjoni kontra l-Korea ta’ Fuq.

Il-Korea ta’ Fuq bi twissija għall-Istati Uniti

Il-Korea ta’ Fuq qed twissi lill-Istati Uniti li se tkun qed tkompli tispara l-missili bħala prova, dan skont uffiċjal maġġuri f’Pyongyang, minkejja l-kundanna internazzjoni u ż-żieda fit-tensjoni military mal-Istati Uniti.

“Se nkunu qed inkomplu nisparaw missili bħala prova kull ġimgħa, xahar u kif ukoll fuq bażi ta’ sena,” qal dan il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq, Han Song-ryol.

Hu qal li se jkunu qed ilestu għal gwerra jekk l-Istati Uniti tieħu azzjoni militari.

Kmieni lbieraħ, il-Viċi President tal-Istati Uniti, Mike Pence, qal li l-paċenzja strateġika mal-Korea ta’ Fuq waslet fi tmiemha.

Twissija għall-Korea ta’ Fuq

Il-viċi president tal-Istati Uniti, Mike Pence qal li l-era ta’ paċenzja strateġika ta’ pajjiżu mal-Korea ta’ fuq għadda żmienha.

Pence qal dawn ir-rimarki fiż-żona li minnha tneħħiet il-qawwa militari u li taqsam iż-żewġ naħat tal-Korea.

Huwa żar il-Korea t’isfel fost tensjonijiet li kulma jmur qed ikomplu jeskalaw.

Aqra aktar

Send this to a friend