korea ta’ fuq – Page 2 – One News

Notifiki

Mossa ta’ rieda tajba – tliet ċittadini tal-Istati Uniti jinħelsu mill-Korea Ta’ Fuq

Il-Korea ta’ fuq ħelset tliet ċittadini tal-Istati Uniti mill-ħabs.

Dan kien żvelat minn tweet tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump.

Il-mossa qed titqies bħala ġest ta’ rieda tajba qabel is-summit storiku bejn Trump u l-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.

Trump qal li se jkun qed jawgura lit-tliet irġiel meta jaslu lura mas-segretarju tal-istat, Mike Pompeo, li kien fi Pyongyang biex jirranġa d-diskussjonijiet pjanati.

Kim Hak-song, Tony Kim and Kim Dong-chul kienu weħlu l-ħabs wara attivitajiet kontra l-istat.

Laqgħa bejn il-President tal-Korea ta’ Fuq u taċ-Ċina

Il-President tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un iltaqa’ mal-President taċ-Ċina Xi Jinping. F’din il-laqgħa ġew diskussi kwistjonijiet bilaterali fejn il-President Ċiniż iddikjara li jaqbel mat-taħditiet li kienu qed isiru bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti. Din hija t-tieni laqgħa bejn iż-żewġ kapijiet f’inqas minn xahrejn hekk kif f’Marzu li għadda kienet saret laqgħa sigrieta bejn it-tnejn f’Beijing.

Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq u ta’ Isfel għandhom l-istess ħin

Il-Korea ta’ fuq mexxiet l-arloġġ b’nofs siegħa ’l quddiem biex jiġi jaqbel ma’ dak tal-Korea t’isfel…pass ieħor ‘il quddiem lejn il-paċi bejn iż-żewġ naħat.

Dan fl-istess jum li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump ħabbar data u data għas-summit mal-mexxej tal-Korea ta’ fuq, Kim Jong-un.

Trump se jilqa’ lill-President tal-Korea t’isfel, Moon Jae-in fil- White House fit-tnejn u għoxrin ta’ dan ix-xahar sabiex jiddiskutu flimkien dwar il-laqgħa li jmiss.

Kim Jong-un sar l-ewwel mexxej tal-Korea ta’ fuq li rifes fil-Korea t’isfel

Dan billi qasam il-linja militari li qasmet il-peninsula mit-tmiem tal-gwerra Koreana fl-elf, disa’ mija tlieta u ħamsin.

F’laqgħa simbolija, Jong-un u Jae-in ħadu b’idejn xulxin fiż-żona li tifred iż-żewġ pajjiżi.

Sa ftit tax-xhur ilu d-diskors bejn iż-żewġ pajjiżi kien wieħed ta’ gwerra, iżda issa jidher li hemm xaqq ta’ tama għal ftehim storiku dwar il-paċi.

Send this to a friend