B’investiment ta’ sitt mitt elf ewro, ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ġie inawgurat ċentru mediku li se jkun qed itejjeb il-kura tas-saħħa ġewwa din il-faċilità.
Fost il-faċilitajiet li hemm ġewwa dan iċ-ċentru mediku hemm kamra għat-tindif ta’ feriti, żewġ ċelel fejn joqogħdu l-priġunieri meta jkunu għall-kura, kamra tad-dentristija, laboratorju, psikjatrija u apparat tal-AEDs, fost oħrajn.
Dan iċ-ċentru ġie inawgurat mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri fejn semma kif dan l-investiment huwa kullana ta’ proġetti mill-Gvern għar-rijabilitazzjoni ta’ priġunieri li jgħixu f’din il-faċilità. Aqra aktar