kor – One News

Notifiki

Ara x’jiġri meta l-mużika ssir ħaġa waħda mal-umanità

Jekk qatt kien hemm bżonn ta’ prova li l-arti u l-mużika jistgħu jingħaqdu mal-umanità ta’ kull wieħed u waħda minnha, nistgħu nsibuha f’wirja mill-isbaħ li s-Saint Paul Chamber Ensemble kellha f’sensiela ta’ kunċerti fil-Polonja.

Fost għadd ta’ kunċerti fl-okkażjoni tal-mitt anniversarju tal-Indipendenza Pollakka u l-mitt anniversarju tar-Rivoluzzjoni tal-Gran Polonja, f’Novembru, spikka workshop fi skola ma’ tfal b’diżabilità.Aqra aktar

Jitwaqqaf l-ewwel kor nazzjonali Malti

Twaqqaf l-ewwel kor nazzjonali Malti, Kor Malta. Dan se jkun qed jaqa’ taħt il-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Kultura, li se jkun impenjat li dan il-kapitlu ġdid ikun wieħed ta’ suċċess. Kor Malta se jkun magħmul minn koristi li diġà jiffurmaw parti mill-kor fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Dawn se jiġu ssupplimentati minn koristi ġodda li ġew magħżula permezz ta’ provi. Aqra aktar

Kunċert mill-kor personali tal-Papa Franġisku fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann

Il-Kor Cappella Musicale Pontificia Sistina, il-kor personali tal-Papa, ser jagħti kunċert ta’ mużika sagra bl-isem ‘Execultate Deo’. nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju fis-19:00 ta’ filgħaxija fil-KonKatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.

Din hi opportunità unika għal kull min jixtieq jattendi kunċert mill-kor tal-Papa, l-iktar kor antik fid-dinja, li huwaresponsabbli mill-akkumpanjament mużikali taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi ppreseduti mill-Papa Franġisku.

Aqra aktar

L-Orkestra Nazzjonali tinsab Ruma u għaddejja bil-provi għal nhar is-Sibt

Dan ir-ritratt juri l-provi li saru hawn Malta għall-kunċert ta’ nhar is-Sibt li ġej fil-Vatikan.
Il-bieraħ l-orkestra Nazzjonali waslet Ruma, fejn kompliet bil-provi flimkien mal-Maestro Brian Schembri. F’Ruma se jkunu qed jinterpertaw il-Missa Solemnis ta’ Beethoven fil-Basilica Papale di San Paolo Fuori Le Mura, flimkien mal-Coro Dell’Accademia Nazjonale di Santa Cecilia.

Send this to a friend