Tfal jieħdu l-kontroll ta’ Earth Speakr

Earth Speakr hu xogħol artistiku interattiv ġdid mill-artist Olafur Eliasson li huwa mmirat biex itejjeb il-fehmiet tat-tfal dwar il-benesseri tal-pjaneta għall-ġejjieni. Ix-xogħol artistiku qiegħed iħeġġeġ lill-adulti, lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet kurrenti, lil dawk il-persuni li jfasslu l-bidla u lill-mexxejja globali, biex jisimgħu dak li għandhom x’jgħidu t-tfal.  Earth Speakr juża r-realtà awmentata (augmented reality) u jinkludi app b’xejn u websajt interattiva (www.earthspeakr.art) disponibbli f’24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.  Eliasson ħoloq dan ix-xogħol artistiku fl-okkażjoni tal-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) 2020. Aqra aktar

Anzjan ferut gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra

Anzjan ta’ 78 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel ġo siġra fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:15 illum fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa, meta għal xi raġuni, l-anzjan, residenti l-Mellieħa, tilef il-kontroll tal-karozza tat-tip Toyota Hilux u baqa’ dieħel ġo siġra.Aqra aktar

Aktar kontroll fuq operaturi tal-fish farms

Id-Dipartiment tal-Akwakultura ħabbar li b’mod immedjat se jdaħħal fis-seħħ aktar miżuri ta’ kontroll fuq l-operaturi tal-fish farms. Dan wara spezzjonijiet li saru f’numru ta’ gaġeġ tat-tonn bħala parti minn eżercizzju regolari ta’ kontroll. Hawn instab li f’xi gaġeġ ta’ ċerti operaturi kien hemm diskrepanzi fl-ammont ta’ ħut ma’ dak reġistrat. Aqra aktar

Send this to a friend