L-Istat Amerikan ta’ Texas qed jintalab iħallas il-maġġoranza tal-kontijiet tal-enerġija li qed jaffaċċjaw ir-residenti wara li ilhom ġimgħat jippruvaw isaħħnu djarhom fil-maltempata kiefra ta’ borra u silġ li ħakmet l-inħawi.Aqra aktar

L-Istat Amerikan ta’ Texas qed jintalab iħallas il-maġġoranza tal-kontijiet tal-enerġija li qed jaffaċċjaw ir-residenti wara li ilhom ġimgħat jippruvaw isaħħnu djarhom fil-maltempata kiefra ta’ borra u silġ li ħakmet l-inħawi.Aqra aktar
L-istatistika tal-Eurostat turi wkoll li fl-ewwel sitt xhur tas-sena, il-prezzijiet medji tal-elettriku fid-djar Ewropej żdidet meta mqabbel mal-ewwel nofs tas-sena li għaddiet minn għoxrin għal wieħed u għoxrin ewro għal kull mitt kilo watt hour ta’ enerġija.
Ir-roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’25 % ħalla kull sena miljuni kbar fil-but tal-familji, l-industrija u negozji Maltin u Għawdxin. Aqra aktar
Fi stqarrija ċ-chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schemrbi laqa’ l-għażla tal-Maġistrat Dr Natasha Galea Sciberras, wara li hija ntgħażlet bil-polza skont il-Liġi.
Meta ftit tal-jiem ilu kien milħuq l-ogħla peak tal-enerġija ġġenerata fl-istorja, 410mW, li kieku l-Gvern ta’ widen għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, kien ikun hawn nofs Malta bla dawl li kien ifisser li f’din il-kesħa li qed tagħmel, il-familji Maltin u Għawdxin ma kinux jistgħu jsaħħnu djarhom.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija.
Il-Partit osserva li Simon Busuttil qed ikompli jinsisti li m’hemmx bżonn powerstation ġdida li mhux biss tfisser allura li se nibqgħu nagħmlu użu mill-aktar fuel li jħammeġ; il-heavy fuel oil, mhux biss li jkollhom jerġgħu jgħolew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iżda hija kundanna ċara li l-poplu Malti u Għawdxi jkollu jagħmel minn tal-inqas mas-700 siegħa bla dawl.
Li kieku kien għall-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li qed jibqa’ jinsisti li nużaw il-heavy fuel oil flok il-gass, illum kienu jogħlew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li minflok, il-poplu se jibqa’ jgawdi minn roħs fil-kontijiet.
“Illum hija konferma li Busuttil ireġġa’ l-arloġġ lura għal kontijiet tad-dawl u l-ilma ogħla” temm jgħid il-Partit Laburista.
Intant il-prezz tad-dawl għola f’pajjiżi oħra, fosthom l-Italja.
Filwaqt li hawn Malta l-prezz tal-enerġija huwa garantit li jibqa’ dak li hu, fl-Italja se jkun hemm żieda ta’ kważi 1%, minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali tal-fuel.
B’differenza, il-prezz tal-elettriku f’pajjiżna mhux ser jiġi affettwat miż-żidiet qawwija fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Dan huwa dovut għall-pjan tal-enerġija li qed iwettaq dan il-Gvern biex pajjiżna jiġġenera l-elettriku mill-gass u ma jibqax dipendenti fuq il-heavy fuel oil.
Fil-kumitat tal-petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew kien innotat kif il-gvern Malti bidel ir-regoli fil-konfront ta’ ċittadini Ewropej li qed jgħixu f’propjeta mikrija f’Malta.
Dan b’rabta mal-mod kif jinħarġu l-kontijiet tal-enerġija.
Din kienet kwistjoni li għal snin twal poġġiet lill-Malta fiċ-ċentru ta’ kontroversja mal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-mod kif tranġaw l-affarijiet bil-bidla fil-gvern, fil-Parlament Ewropew tkellem ir-rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea. ID-DIKJARAZZJONIJIET FIL-FILMAT Aqra aktar
Send this to a friend