konsultazzjoni – One News

Liġi tal-kera bilanċjata li tħares l-interess ta’ kulħadd

Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali qal li l-liġi proposta dwar is-suq tal-kera hi riżultat ta’ proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li sar għal diversi xhur, inkluż bil-pubblikazzjoni ta’ white paper dettaljata. Kemm fl-istadju ta’ konsultazzjoni, kif ukoll fil-vot fil-parlament, din il-liġi dejjem gawdiet minn qbil unanimu. Aqra aktar

Imħabbra regolamenti ġodda għat-twaqqigħ u l-iskavar – multi ħorox ħafna għal min jiksirhom

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jippubblika regolamenti ġodda għall-konsultazzjoni pubblika biex jirregolaw il-qasam partikolari fir-rigward tal-iskavar u twaqqigħ ta’ bini. Dan wara li nħarġu struzzjonijiet biex il-pemessi għal xogħlijiet kollha ta’ twaqqigħ u tħaffir f’siti ta’ kostruzzjoni fil-pajjiż jiġu sospiżi temporanjament.

Waqt laqgħa l-Ħamis waranofsinhar, il-Prim Ministru Muscat qal li f’każijiet fejn ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa jistgħu jkunu ta’ periklu, il-perit tal-proġett se jintalab li jagħmel sottomissjoni lill-awtorità kompetenti biex jekk jirriżulta li jkun hemm periklu jkun jista’ jibqa’ għaddej ix-xogħol. Dan se jkun fuq kwistjoni ta’ eċċezzjoni u mhux kwistjoni ta’ regola.Aqra aktar

Tisskota l-konsultazzjoni dwar l-uniformi kif inhi jew tracksuit tal-iskola

Il-ġenituri u edukaturi ta’ studenti tal-iskejjel tal-istat se jgħaddu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-uniformijiet ta’ wliedhom fit-tieni fażi ta’ konsultazzjoni li nfetħet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Il-ġenituri se jagħtu l-opinjoni tagħhom ukoll dwar jekk humiex favur uniformi kif inhi bħalissa jew tracksuit tal-iskola komda u sportiva.Aqra aktar

Konsultazzjoni mal-Privat biex jingħata depożitu fuq kontenituri tax-xorb

Il-Gvern ħabbar li tul is-sena d-dieħla se jibdew diskussjonijiet biex jintlaħaq ftehim dwar il-konsultazzjoni biex is-settur privat jibda’ jopera skema ta’ depożitu fuq kontenituri tax-xorb.

Il-Ministru Edward Scicluna spjega kif mis-sena d-dieħla, id-diskussjonijiet se jiffukaw fuq li jsir konsortju magħmul minn operaturi u importaturi, biex jiġi maqbul l-aħjar mod biex din l-iskema tiġi implimentata.

Ara l-miżuri dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera

Dalgħodu tnediet għall-konsultazzjoni pubblika l-White Paper dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera. Waqt it-tnedija, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-settur, Roderick Galdes, qal li l-għan tal-White Paper hu li s-suq tal-kera jkun wieħed iktar stabbli. Din il-White Paper tiffoka fuq kirjiet residenzjali u mhux short lets jew kirijiet kummerċjali.

Aqra aktar

L-FŻL b’konsultazzjoni dwar il-baġit

Għal sena oħra, il-Forum Żgħażagħ Laburisti organizza konsultazzjoni għaż-żgħażagħ mal-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, ftit ġimgħat ‘il bogħod mill-baġit għas-sena d-dieħla.

Kearon Bruno, il-Viċi President tal-FŻL, qal li din hija opportunità għaż-żgħażagħ biex jagħtu l-kontribut tagħhom fil-proċess tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna.

“Wara s-suċċess li kellha l-attività tas-sena l-oħra,  bħala eżekuttiv tal-Forum Żgħazagħ Laburisti iddeċidejna li niftħu din il-laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Ministru Scicluna għall-membri kollha tagħna sabiex b’hekk inkunu nistgħu intuhom l-opportunita li flimkien inressqu ‘l quddiem il-proposti u l-mistoqsijiet tagħhom, kif ukoll jifhmu mill-viċin il-proċess tal-baġit”.Aqra aktar

Għid tiegħek fuq il-baġit mal-Ministru Edward Scicluna

Wieħed għandu ċ-ċans li jsaqsi u jiddiskutu mal-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fuq il-baġit għas-sena li ġejja li ser jitħabbar fit-22 t’Ottubru. Dan permezz ta’ inizjattiva tal-Forum Żgħażagħ Laburisti li għat-tieni sena konsekuttiva qed jistidnu liż-żgħażagħ sabiex jifhmu aħjar il-proċess li jsir ta’ kull sena sabiex jinħadem il-baġit. Barra minn hekk, il-membri preżenti għandhom il-possibilta li jippreżentaw il-proposti tagħhom direttament lill-Ministru.

Aqra aktar

Paola Hub… pass ieħor viċin

Il-proġett ta’ Paola Hub imiss li jidħol fil-fażi tal-perjodu ta’ konsultazzjoni. Il-pjanti kollha ġew ippreżentati lill-Awtorità tal-Ippjanar biex b’hekk ikun jista’ jibda l-perjodu ta’ konsultazzjoni mal-partijiet konċernati. Il-proċess ta’ konsultazzjoni se jkun ta’ 30 ġurnata.

Aqra aktar

Send this to a friend