Konservattivi – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: “Ir-rivoluzzjoni li ridt nagħmel fil-PN irreżistewha l-elementi konservattivi” – Adrian Delia

F’konferenza tal-aħbarijiet, Adrian Delia kkonċeda t-telfa fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Huwa awgura lil Bernard Grech u qal li se jkun leali lejh. Qal li r-rivoluzzjoni li ried jagħmel fil-Partit Nazzjonalista  kienet prematura u kien hemm wisq elementi konservattivi fil-partit li riedu jirreżistuha.

Huwa saħaq li għalkemm qed joffri l-lealtà lejn Bernard Grech u anki jirrispetta d-deċiżjoni tat-tesserati huwa mhux qed ibaxxi rasu. Saħaq li l-messaġġ tan-nies mhuwiex indirizzat biss lejn il-Kap iżda anki lejn id-deputati.

Wara li kien ġie sfiduċjat biex finalment issa tqaċċat minn Kap, qal li hu jemmen fid-demokrazija.

B’ton miksur stqarr li ser ikun qed jagħmel minn kollox sabiex l-għajta tiegħu fil-Partit Nazzjonalista tkompli tinstema’. Qal li dawk kollha li kienu warajh u huma mweġġa’ ma tilfux u l-ġlieda tagħhom għadha għaddejja. “Ejja nneħħu l-politika tal-mibegħda internament”, saħaq Adrian Delia hekk kif deher viżibilment diżappuntat.

 

Send this to a friend