Konrad Mizzi – Page 7 – One News

Notifiki

Konrad Mizzi jiċħad

Il-Ministru Konrad Mizzi fi stqarrija qal li l-istorja kkordinata li ppubblika f’The Malta Independent hija gibda faħxija. Qal li tirrappreżenta l-aħħar attentat minn Simon Busuttil biex jirbaħ l-elezzjoni permezz ta’ biża u twaddib ta’ gideb u tajn.

Aqra aktar

Jibda t-twaqqigħ taċ-ċumnija ewlenija tal-Marsa Powerstation

Hekk kif it-twaqqigħ tal-Marsa Power Station qed jidħol f’fażi ġdida, il-kuntratturi ta’ Enemalta plc bdew iżarmaw l-itwal struttura tagħha, iċ-ċumnija ta’ Boiler Numru 7.

Din iċ-ċumnija, li nbniet fl-1984, tilħaq 69 metru ‘l fuq mill-art. L-istruttura hija magħmula minn ħames partijiet imwaħħlin fuq xulxin. Minn ġewwa, iċ-ċumnija tinkludi pajp tal-ħadid wiesa 3.4 metri li minnu kien joħroġ id-duħħan jaħraq. Il-pajp huwa mdawwar b’kisja ta’ insulazzjoni mgħottija bi pjanċi tal-aluminju, biex b’kollox iċ-ċumnija għandha diametru ta’ 4.2 metri minn fuq s’isfel.

L-istruttura tifforma parti mis-seba’ impjant tal-Marsa Power Station, li jinkludi boiler tal-fwar Foster Wheeler ta’ 300 tunnellata fis-siegħa, magħruf bħala Boiler Numru 7, u turbina Ansaldo ta’ 30 megawatt ta’ enerġija. Din it-turbina kienet inġabet Malta minn impjant f’Palermo fl-1984. It-turbina, il-boiler u ċ-ċumnija kienu ġew installati fl-istazzjon tal-Marsa fl-istess sena bl-għajnuna tal-Malta Drydocks.

Boiler Numru 7, li qed jiġi żarmat bħalissa wkoll, huwa l-aħħar impjant jaħdem bl-HFO li għad baqa’ fil-Marsa Power Station. Il-boilers l-oħra kollha, fosthom dawk li nżammu cold standby wara li dan l-istazzjoni intefa f’Marzu 2015, iżżarmaw aktar kmieni din is-sena.

Aqra aktar

Bdew jiżżarmaw it-tankijiet ta’ fuel f’Birżebbuġa

Bdew ix-xogħlijiet fuq l-ewwel fażi ta’ żarmar biex is-sit tat-tankijiet tal-fuel tal-31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa titnaddaf darba għal dejjem. Dan is-sit, li ilu jopera mill-1920, kien jipprovdi l-petrol, dijsil u jet fuel għal pajjiżna; u matul is-snin inbnew ħafna djar madwaru u fil-viċinanzi għaldaqstnant żdied id-detriment għar-residenti u dawk li jgħixu fil-madwar.

Aqra aktar

SEBA’ MILJUN EWRO aktar fil-but tal-familji Maltin u Għawdxin li nvestew f’energija nadifa

Matul l-aħħar sena, il-Gvern permezz tal-ARMS Ltd ta lura madwar €7.1 miljun li gew ġġenerati fi kreditu wara li l-familji Maltin u Għawdxin investew fi skemi ta’ pannelli fotovoltajci. Dan wara li l-Gvern nieda u estenda diversi skemi sabiex familji u negozji Maltin u Għawdxin jinvestu f’enerġija nadifa. 

Il-ħlas ta’ madwar €7 miljun ewro sar permezz ta’ ħlas dirett fil-kontijiet tal-bank tal-konsumaturi filwaqt li ġew innotifikati b’SMS.

Aqra aktar

Il-Ministru Konrad Mizzi jilqa’ b’sodisfazzjon it-tnaqqis fl-emissjonijiet

Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Konrad Mizzi jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħħar statistika mill-Eurostat li turi li Malta rreġistrat l-akbar tnaqqis fl-emissjonijiet fl-arja fost il-pajjiżi Ewropej fis-sena 2016.

Skont il-Ministru Konrad Mizzi dan ir-riżultat hu frott il-ħidma li saret fis-settur tal-enerġija fejn ġew magħluqa l-aktar impjanti li jħammġu fil-pajjiż u li jaħdmu bil-heavy fuel oil – l-aktar żejt li jniġġes. Illum pajjiżna qed jiġġenera l-elettriku minn sorsi aktar nodfa mill-impjant il-ġdid tal-gass f’Delimara u mill-impjant tad-D3 li ġie konvertit biex jaħdem bil-gass naturali.

Aqra aktar

“Magħluq kapitlu ikrah” – Joseph Muscat

“Għalaqna darba għall-dejjem il-fabbrika tal-kanċer u llum stess qed jiġi kkonfermat li pajiżna qiegħed fuq produzzjoni ta’ enerġija nadifa, fl-istess jum li qed nirreġistraw mitt miljun ewro surplus”.

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat wara li tefa l-magni li kienu qed iħaddmu l-power station li taħdem bil-heavy fuel oil.

Irringrazzja u skuża ruħu f’isem il-Gvernijiet preċedenti lir-residenti tal-inħawi ta’ kemm kellhom isofru, minħabba l-użu ta’ dan it-tip ta’ żejt.

“Meta l-poplu tagħna l-fiduċja, mxejna fuq roadmap” qal Joseph Muscat.  Spejga kif minn kumpanija f’xifer il-falliment, issa l-Enemalta hija  kumpanija li tagħmel il-qliegħ.

Aqra aktar

Illum jum storiku għal Malta

  • Jispiċċa l-użu tal-heavy fuel oil u neqilbu għall-gass
  • Programm speċjali fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-Power Station mis-18:30 ‘il quddiem fuq ONE

Illum huwa jum storiku għal pajjiżna. Mill-aktar fjuwil li jħammeġ, il-heavy fuel oil, pajjiżna se jibda juża l-gass, l-aktar fjuwil nadif biex jiġġenera l-elettriku tiegħu. Din hija wegħda oħra mwettqa. Wegħda oħra li għal ħaddieħor kienet impossibli li ssir.

“Il-fabbrika tal-kanċer ingħalqet” qal il-Partit Laburista fi stqarrija.

Żied jgħid li dan m’huwiex biss nifs fil-fond għall-familji tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta li ilhom tant snin jaqilgħu u jibilgħu d-dħaħen, iżda nifs ġdid għal pajjiż kollu li fl-aħħar se jgawdi minn arja nadifa.

Aqra aktar

Ġirja biex igawdu minn “power station” fuq il-bejt

  • IN-NEGOZJI FIS-SETTUR TAL-PANNELLI BAQGĦU GĦADDEJJIN

Kien aktar kmieni dan ix-xahar li tħabbret inizjattiva oħra għal dawk li jridu jinvestu fl-enerġija alternattiva fi djarhom. Hemm tmien miljun ewro u li minnhom se jibbenefikaw familji li jixtiequ li fuq il-bejt tagħhom ikollhom sistema li tiffrankalhom ħafna iżjed fuq il-kont tad-dawl.

Ġimagħtejn wara li tħabbret din l-iskema, ir-rispons tal-familji diġà kien b’saħħtu ferm. Familji minn kull sfera tas-soċjetà resqu ’l quddiem biex jinvestu f’enerġija rinovabbli.

Aqra aktar

Send this to a friend