Konrad Mizzi – Page 5 – One News

Notifiki

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala għal fuq il-Fosos

Jason Derulo, Hailee Steinfeld u Sigala flimkien ma’ Paloma Faith u Ella Eyre u Dimitri Vegas & Like Mike huma l-artisti li din is-sena ser jimlew il-palk tal-Isle of MTV ta’ din is-sena.

Għat-tnax il-sena konsekuttiva, dawn l-artisti ser jingħaqdu ma’ għadd ta’ artisti lokali fuq il-Fosos fil-Furjana biex jittella dak li llum ġie stabbilit bħala wieħed mill-akbar kunċerti mużikali offruti b’xejn fl-Ewropa matul is-sajf.Aqra aktar

Times of Malta tiċċensura r-risposti tal-Gvern

B’referenza għall-artiklu li deher fuq il-ġurnal Times of Malta dwar il-proġett tal-enerġija, l-Gvern irrisponda fid-dettall għall-mistoqsijied kollha li ġew mistoqsija minn ‘the Daphne Project.’ Madanakolllhu il-ġurnal The times of Malta għal darb’oħra iċċensura ir-risposti tal-Gvern bl-għan li jipproduċi storja negattiva ibbażata fuq analiżi skoretta. Infatti, gazzetta oħra li ukoll tifforma parti minn The Daphne project, qalet b’mod ċar u tond li m’hemm l-ebda suġġeriment ta’ mġieba ħazina mill-partijiet involuti.

Aqra aktar

Is-17-il edizzjoni tal-festival tal-logħob tan-nar

Il-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar għal din is-sena se jerġa’ jittella’ fuq tliet serati, bl-ewwel waħda se ddawwal is-smewwiet fuq il-gżira tat-tliet għoljiet.

Il-ftuħ tas-sbatax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-logħob tan-nar bit-tema Fejn in-Nar u l-Kultura jiltaqgħu flimkien, se jsir f’Għawdex is-Sibt fil-wieħed u għoxrin ta’ April bis-sehem tal-kamra tan-nar Phoenix Fireworks mir-Renju Unit u Rozzi Fireworks mill-Istati Uniti.

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet din hija opportunità oħra sabiex aktar turisti jżuru lil Għawdex.

Aqra aktar

Bil-Filmat: L-Air Malta b’rotta għal Tel Aviv ħames darbiet fil-ġimgħa fis-sajf

Il-Ministru għat-Turizmu Konrad Mizzi llum kellhu diversi laqgħat ġewwa Tel Aviv hekk kif l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu qieghda tipparteċipa għall-ewwel darba fil-fiera Internazzjonali IMTM li ssir kull sena f’Tel Aviv.

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li s-suq tal-Israel fil-qasam tat-turizmu huwa wieħed strateġiku għall-pajjiżna u l-Ministeru għat-Turiżmu iħoss li dan għandhu jikber fis-snin li ġejjn. Huwa għalhekk li s-sena d-dieħla il-Ministeru qiegħed jimmira li jżid b’mod konsidorevoli n-numru ta’ turisti li jiġu Malta mill-Israel. Din is-sena n-numru ta’ turisti mill-Israel laħaq in-numru ta’ 16,666. Dan ser isir ukoll permezz ta’ kampanja ta’ promozzjoni ġdida ġewwa l-Israel flimkien mal-Operaturi tal-ivjaġġar u permezz ta’ programmi apposta ta’ Jewish Heritage f’pajjizna.

Mill-aspett tal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta ser tkun qiegħda topera r-rotta ta’ Tel-Aviv ħames darbiet fil-ġimgħa fis-sajf u tlett darbiet fix-Xitwa minn Marzu li ġej. L-Air Malta qiegħda wkoll fil-proċess li jkollha sales distribution network ġewwa l-Israel permezz ta’ aġenti tal-bejgħ ġodda u permezz ta’ żieda fir-riklamar fis-suq tal-Israel.

 

Destinazzjoni ta’ eċċellenza għal 5 lokalitajiet

 Ħames lokalitajiet f’Malta ġew rikonoxxuti bħala destinazzjonijiet ta’ eċċellenza. Fl-ewwel post insibu l-lokalità tal-Qrendi u sussegwentament warajha bħala runners-up hemm ukoll il-lokalitajiet ta’ Għajnsielem, Ħad-Dingli, il-Mellieħa u Ta’ Xbiex.

Il-Qrendi ġie rikonoxxut bħala rebbieħ għas-sit San Mattew tal-Maqluba, Għajnsielem għall-park rikreattiv u għall-attività ‘Betlehem f’Għajnsielem’, Ħad-Dingli għall-pjazza tradizzjonali b’tema kulturali, il-Mellieħa għax-shelters tat-Tieni Gwerra Dinjija u Ta’ Xbiex bħala destinazzjoni sinonima mal-ambaxxati u mal-yachting fl-isfond ta’ tisbiħ u ta’ attivitajiet riċenti li saru fil-yacht marina.

Dan il-proġett huwa ko-finanzjat mill-Kummisjoni Ewropea bil-għan li jiġi promoss turiżmu sostenibbli madwar l-Ewropa. L-iskop ta’ dan huwa li destinazzjonijiet inqas magħrufa u li jgħinu fit-tkabbir ekonomiku bl-elementi soċjali, kulturali u ambjentali jkunu mħarsa u aktar viżibbli, filwaqt li jesponu u jsaħħu karatteristiċi tipiċi.

Is-Segretarju Permanenti Ronald Mizzi fi ħdan il-Ministeru tat-turiżmu ppreżenta l-premjijiet u rringrazzja lis-sindki u lill-kunsilli lokali kollha li pparteċipaw u lir-rebbieħa fejn saħaq li dawk li jamministraw il-lokalitajiet Maltin huma ambaxxaturi ewlenin ta’ pajjiżna.

Il-Ministru għat-turiżmu Konrad Mizzi qal l-istrateġija nazzjonali għat-turiżmu tippromovi l-potenzjal li joffru l-lokalitajiet Maltin anke fix-xhur kollha ta’ matul is-sena fejn jinżammu attivitajiet mifruxa f’pajjiżna.

Sostna li dan il-gvern huwa kommess li jkompli joffri prodott Malti ta’ kwalità sabiex inkomplu noffru esperjenzi pożittivi għat-turisti li jżuru pajjiżna kif ukoll awgura li jkollna aktar kunsilli lokali li jkomplu jaħdmu id f’id ma’ din l-istrateġija li qed tkun ta’ suċċess li minnu jgawdi pajjiżna kollu.

PJAZZA TRITONI LURA GĦALL-PUBBLIKU

Minn venda tal-linja, l-akwati tal-Funtana tat-Tritoni, ingħataw lura lill-poplu bħala spazju pubbliku, f’forma ta’ pjazza.

Dan hekk kif f’inqas minn sena xogħol, proprju wara tliet mitt jum ta’ ħidma, il-figuri tal-bronz ta’ fuq l-istatwa ttieħdu għar-restawr lil hinn minn xtutna, waqt li l-akkwati ddawru fi pjazza mill-isbaħ, li se tkun qed titgawda minn dawk kollha li se jidħlu fil-Belt Valletta.

Fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni li saret il-Ġimgħa filgħaxija fl-istess pjazza, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Pjazza Tritoni hi waħda minn kullana ta’ bidliet kbar li tinsab għaddejja minnhom il-Belt Valletta, bidliet li ġejjin minn proġetti li saru kemm minn din l-amministrazzjoni, kif ukoll ta’ qabilha.

Aqra aktar

L-FIAU tiċħad qlajjiet ta’ David Casa

Il-Financial Intelligence Analysis Unit ċaħdet stqarrijiet ta’ David Casa, MEP tal-PN, li hemm xi rapport konklussiv dwar il-Ministru Konrad Mizzi. “L-FIAU tikkundanna din l-istqarrija irresponsabbli li hija gidba u maħsuba biex tagħmel il-ħsara,” qalet fi stqarrija. Għal darb oħra l-FIAU qalet li ma kien hemm ebda rapport finali għax rapport finali jrid ikun għadda minn diversi proċessi. “Dan hu proċess li jieħu ż-żmien speċjalment meta jkun hemm bżonn koperazzjoni internazzjonali,” qalet l-FIAU.

L-FIAU fakkret li ma tistax tagħmel pubbliku ix-xogħol tagħha u lanqas tippubblika rapport minħabba li l-liġi ma tħallihiex tagħmel dan. Dan skont standards internazzjonali. Fakkret ukoll li l-pussess ta’ dokumenti tal-FIAU b’mod illegali hija offiża kriminali. Żiedet ukoll li jekk joħorġu dawn it-tip ta’ dokumenti jippreġudikaw l-investigazzjonijiet u jitfgħu riskju fuq il-ħaddiema ta’ din it-taqsima. Hawn reġgħet saħqet li stqarrijiet bħal ta’ Casa huma gravi, inkoretti u inġusti. U qalet li b’mod irresponsabbli hemm min qed jipprova jimmina l-kredibbiltà tagħha. Iktar kmieni il-Ministru Konrad Mizzi diġa’ ċaħad dawk li ddeskriva bħala stqarrijiet riċikali fil-konfront tiegħu.

Send this to a friend