Konrad Mizzi – Page 12 – One News

Notifiki

Igerfxu d-dħul ta’ Mizzi ma’ tal-kumpaniji li ħadem għalihom

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li t-Times of Malta qiegħda tinterpreta b’mod żbaljat u tiżgwida lill-qarrejja tagħha meta tikwota biografija qasira tal-esperjenzi professjonali tiegħu. Dan id-dokument intuża meta Mizzi kien kandidat fl-elezzjoni ġerenali li għaddiet.

L-artiklu jgħid li Konrad Mizzi ġġenera €6.4 miljun dħul, b’mod personali. Mizzi ċċara li dawn ovjament kienu ġġenerati għal kumpanija li għaliha kien jaħdem, u mhux għalih personalment.

Aqra aktar

7,000 se jgawdu minn skema li tinċentiva l-użu ta’ pannelli

Bil-għan li jkun imħeġġeġ iktar l-użu ta’ enerġija Alternattiva u arja iktar nadifa il-gvern nieda fond ta’ madwar 15–il miljun ewro minn Fondi Ewropej għal sistemi ta’ Pannelli Fotovoltajiċi residenzjali.
Dan tħabbar fi stqarrija tall-Uffiċċju tal-Prim Ministru u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej meta nidew l-ewwel minn tliet skemi b’valur ta’ €5 miljun il-waħda. Huwa stmat li ftit inqas minn 7,000 familja mistennija tibbenefika minn din l-iskema.

Aqra aktar

Il-mozzjoni m’għaddietx

Illum il-Parlament qed jiddiskuti mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Konrad Mizzi. Mozzjoni ta’ sfiduċja li tressqet mid-deputat indipendenti Marlene Farrugia ftit wara li l-Gvern kien għadu kif għeleb b’saħħa mozzjoni ta’ sfiduċja mressqa mill-Oppożizzjoni.

Marlene Farrugia riedet iddum tiddiskuti din il-mozzjoni jum sħiħ, filwaqt li l-Gvern (li għandu kull dritt jiddetta l-aġenda tal-Kamra) ried tliet sigħat kif normalment dejjem jiġri.

Wara diskussjonijiet intlaħaq qbil li d-dibattitu idum għaddej ħames sigħat b’Farrugia u l-Oppożizzjoni jinsistu li l-importanti ma jdumux iktar mid-21.30.

Aqra aktar

Malta l-ewwel – lejn arja aktar nadifa

Malta kellha l-ikbar tnaqqis fid-diossidu tal-karbonju fl-Unjoni Ewropea. Ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li Malta naqqset dawn l-emmissjonijiet bi 26.9% fl-2015, meta mqabbel ma’ sena qabel.

Madwar il-pajjiżi kollha Ewropej, l-emmissjonijiet żdiedu b’0.7%.

Ħadna l-ewwel reazzjonijiet.

Konrad Mizzi | Ministru

Wara 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista u ta’ wegħdiet li l-Marsa Power Station  tingħalaq, dan il-Gvern għamel l-investimenti neċessarji biex isaħħaħ l-infrastuttura ġewwa Dellimara u biex il-Marsa Power Station setgħet intfiet fuq cold standby. Dan wassal għal tnaqqis kbir fl-emissjonijiet li flimkien mal-użu ta’ enerġija rinovabbli għen biex ikollna dan ir-riżultat tant sabiħ. Fix xhur li ġejjin, ladarba jkun hemm il-qalba għall-gas, inżarmaw il-Marsa Power Station darba għal dejjem u nneħħu ċ- ċumnija ta’ Delimara – dan se jwassal għal aktar tnaqqis fl-emmissjonijiet.

Jose Herrea | Ministru

Ir-riżultati juru l-impenn tal-Gvern li jtejjeb l-ambjent u l-legat li jrid iħalli f’dan il-qasam. Huma riżultati ta’ dan it-tip li primarjament ifissru kwalità t’arja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin kollha. Il-politika tagħna hija bbażata fuq energija aktar nafida u huwa bis-saħħa ta’ din l-enerġija li pajjiżna jista’ jkompli jivesti f’arja aktar nadifa għall-pajjiż kollu.

Screen Shot 2016-05-03 at 12.50.38

 

It-Times tirtira artiklu dwar Konrad Mizzi

It-Times of Malta rtirat allegazzjonijiet li għamlet fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi f’artiklu ppubblikat fil-5 t’April.

F’wieħed minn sensiela ta’ artikli b’rabta ma’ Panama Papers, it-Times of Malta kienet irrapportat li “investitur f’kumpanija ta’ Mizzi huwa marbut mal-koruzzjoni.” 

Aqra aktar

Send this to a friend