Il-Partit Laburista ta’ Joseph Muscat biss huwa garanzija ta’ aktar drittijiet ċivili

Minkejja li Kap ġdid, il-PN sejjer minn ġot-taġen għal ġon-nar f’dak li huma drittijiet ċivili

Gvern Laburista imexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat biss huwa garanzija ta’ aktar dritijiet civili, dan għaliex l-Opożizzjoni Nazzjonalista ma’ tistax tagħti din il-garanzija.  Tkellmet dwar dan il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Helena Dalli f’ konferenza tal-aħbarijiet.

Aqra aktar

L-Awtorità tal-Ippjanar tapprova r-rinovar ta’ Dar il-Mediterran

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għar-rinovar ta’ Dar il-Mediterran, wara l-barka tal-UNESCO.

Ir-rinovar ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, li huwa parti mill-proġett Reliving The Sacra Infermeria.

Tul dawn l-aħħar xhur kien hawn diversi żjarat minn esperti tal-UNESCO. Il-binja għandha wkoll tkun imsaħħa bħala hub tal-konferenzi fil-Mediterran, bħal ma’ diġà kienet f’okkażjonijiet bħaċ-CHOGM u l-Valletta Summit.

 

Il-Partit Nazzjonalista fi stat ta’ emerġenza

Wara li ilu għal dawn l-aħħar 3 ġimgħat mistoħbi minħabba l-iskandlu tal-pagi, illum Simon Busuttil bagħat lill-Viċi Kap tiegħu Beppe Fenech Adami jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fuq allegazzjonijiet fejn l-ewwel ibbażaw allegazzjoni fuq ittra anonima u issa jridu jkunu jaf min huma n-nies involuti, liema involviment se joħroġ ċar mill-inkjesta li ħatar il-Gvern.

Aqra aktar

‘Konferenza’ stramba fejn Busuttil jitkellem waħdu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għadu kemm indirizza ‘konferenza’ li fiha għażel li ma jkollux udjenza quddiemu, biex la jara, la jisma’, u lanqas iwieġeb domandi.

Dik li qed isseħħ dagħodu fuq Radio 101 qed tissejjaħ ‘konferenza’ tas-Solidarjetà Ħaddiema tal-PN, u kienet indirizzata minn Busuttil f’monologu sħiħ fejn ħadd ma seta’ jmeri jew imqar iqajjem punt. Għal bosta, hija mossa ċara: bidla fit-tattika ta’ Busuttil li tirrifletti l-iskumdità li bħalissa jinsab fiha. Għaliex punti x’jitqajjmu  bħalissa hemm bosta, bl-iktar waħda pertinenti tibqa x’se jagħmel Busuttil dwar l-invoices foloz li għandu fil-konfront tad-DB Group.

Send this to a friend