Konferenza dwar kisba politika ta’ mitt sena ilu

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President ta’ Malta George Vella ħabbar li s-Sibt li ġej, 17 ta’ April se jsir webinar dwar il-mitt sena mill-għoti tal-Kostituzzjoni tal-1921.

Din il-Kostituzzjoni fi żmien il-ħakma Ingliża waqqfet il-Parlament Malti u pajjiżna kellu Gvern responsabbli.Aqra aktar

Il-Ministru Bartolo jindirizza konferenza li qed titqies bħala żvilupp pożittiv fix-xena politika Libjana

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo ipparteċipa f’konferenza importanti fil-Libja li qed tlaqqa’ l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, kapijiet ta’ istituzzjonijiet, membri parlamentari, akkademiċi, professjonisti, ġurnalisti, għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-bniedem u l-maġġoranza tal-kbarat tat-tribujiet minn kull naħa tal-Libja.Aqra aktar

Biex inkissru l-isterjotipi marbuta ma’ sehem in-nisa fis-settur Marittimu

“Irridu bidla fis-settur marittimu. Irridu nkissru l-isterjotipi marbuta ma’ dan is-settur biex verament ngħarfu l-potenzjal qawwi li għandhom in-nisa biex jikkonbtribwixxu għat-tkabbir tal-ekonomija blu”.

Qalet dan il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli fl-indirizz tagħha lil numru ta’ studenti, professjonisti, u baħħara nisa minn madwar id-dinja waqt konferenza fl-Istitut tal-Liġi Marittima fl-Università ta’ Malta. Aqra aktar

Send this to a friend