Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti nġemgħu fit-toroq tal-kapitali tal-pajjiż, f’waħda mill-akbar protesti li saret mindu l-militar ħa kontroll tal-pajjiż fil-bidu tax-xahar. Ħaddiema fil-pajjiż qed isegwu strajk ġenerali.Aqra aktar

Mijiet ta’ eluf ta’ dimostranti nġemgħu fit-toroq tal-kapitali tal-pajjiż, f’waħda mill-akbar protesti li saret mindu l-militar ħa kontroll tal-pajjiż fil-bidu tax-xahar. Ħaddiema fil-pajjiż qed isegwu strajk ġenerali.Aqra aktar
Il-President Amerikan Joe Biden approva ordni eżekuttiva biex l-Amerka timponi sanzjonijiet fuq dawk li mexxew il-kolp ta’ stat fil-Myanmar.Aqra aktar
Mara ndarbet serjament waqt li kienet fi protesta kontra l-kolp ta’ stat militari fil-Myanmar. Rapport fil-midja qalu li hija ntlaqtet minn tir f’rasha u li bħalissa tinsab f’qagħda kritika.Aqra aktar
Il-militar fil-Myanmar qed jimponi restrizzjonijiet fosthom li n-nies ma joħorġux mid-dar biex jillimita l-protesti li qegħdin isiru wara kolp ta’ stat.Aqra aktar
Mijiet ta’ nies inġabru fl-ikbar belt ta’ Myanmar, Yangon, biex jipprotestaw kontra l-kolp ta’ stat li seħħ fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Din hija meqjusa l-akbar protesta s’issa mindu l-militar ħa f’idejh it-tmun tal-pajjiż.Aqra aktar
Madwar ħames mitt persuna tressqu l-qorti akkużati li kienu nvoluti wara l-attentat ta’ kolp ta’ stat fit-Turkija s-sena li għaddiet.
Fit-Turkija kienu interrogati l-mitejn u għoxrin suspettat wara l-attentat l-kolp ta’ Stat fis-sajf li għadda, kollha kemm huma jkunu uffiċċjali militari.
Il-folla li nġabret biex tara lill-akkużati jitresqu ġewwa Ankara kellhom biss kliem dispreġjattiv għalihom- tant li kien hemm min qal li ħaqqhom il-piena tal-mewt, iżda l-liġi Torka ma tippermettix li dan isir.
It-Turkija ssospendiet il-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem wara li l-President Tork Erdogan iddikjara stat t’emerġenza għat-tliet xhur li ġejjin.
Maħsud b’dak li ra dan il-lejl fit-Turkija f’mument fejn suppost kien qed jixrob flixkun birra biex jirilassa wara gimgħa xogħol, tkellem magħna Malti li l-attentat ta’ kolp ta’ stat raħ jiġri quddiem għajnejh.
Ftit sigħat wara li dak li ġara fit-Turkija, titijiriet lejn Istanbul ġew ikkanċellati.
Numru ta’ persuni li kienu se jsiefru lejn dan il-pajjiż, li f’daqqa waħda qed jidher bħala pajjiż instabbli, sabu posthom wara l-bieb tat-Turkish Airlines f’pajjiżna bl-għan li jaraw x’arranġamenti jistgħu jgħamlu.
F’kummenti ma one.com.mt dawn il-persuni stqarru li minkejja s-sitwazzjoni instabbli tal-pajjiż xorta waħda jixtiequ jirritornaw lejn it-Turkija kemm jista’ jkun malajr.
Il-linja tal-ajru Turkish Airlines ikkanċellat kull titjira lejn it-Turkija.
Send this to a friend