kokaina – One News

Sorsi jgħidu li l-kokaina nħallet bħaz-zokkor fl-ilma

Id-Dwana ta’ Malta għamlet qabda ta’ sittin kilo droga kokaina moħbija f’kontejner tal-għoxrin pied fil-Port Ħieles.
Minn stħarriġ li sar, irriżulta li d-droga kellha purità ta’ mija fil-mija u l-valur tagħha fis-suq huwa stmat li jlaħħaq il-11-il miljun ewro.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat wara li nqabad jaħbi 142 kapsula mimlija kokaina

Raġel ta’ 33 sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli bi trafikkar u pusses ta’ droga, fost oħrajn ta’ 142 kaspola allegata kokaina f’karozza li kien qed isuq fil-Fgura, kif ukoll bi 11.5 kilo ħaxixa suspetta kannabis.

L-Ispettur Kevin Pulis mill-Iskwadra ta’ kontra d-droga spjega kif l-arrest seħħ it-Tlieta waranofsinhar, wara suspett li l-Pulizija kellha li Axisa seta qed jittrafika d-droga. Fil-fatt hi waqfitu fil-Fgura. L-Ispettur Pulis spjega wkoll li ż-żagħżugħ ikkopera mal-Pulizija tant li waslet biex interċetat 11 il-kilo oħra droga.Aqra aktar

Raġel jinżamm arrestat wara li nqabad b’2kg kokaina

Brażiljan ta’ 39 sena inżamm arrestat wara li fil-Qorti wieġeb mhux ħati li mporta żewġ kilogrammi droga kokaina.
Il-Brażiljan twaqqaf fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta il-Ħadd wara nofsinhar għall-ħabta tas-14:15, meta kien għadu kemm wasal f’pajjiżna abbord titjira minn Larnaca.

Huwa ġie nnotat jaġixxi b’mod suspettuż dan hekk kif kien qed iħossu aġitat waqt li kien qiegħed jistenna wara persuna oħra għall-kontrolli tal-passaporti.

Ir-raġel twaqqaf mill-Uffiċjali tas-Sigurtà tal-ajruport fejn saret tfixxija fuqu. Jirriżulta li fuq persuntu nstabu erba’ pakketti droga kokaina.

Din is-sustanza instabet f’saqajn l-imputat li kellu tape kannella oħxon jorbot iż-żewġ pakketti li nstabu fuq kull sieq. Fil-qorti l-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih fosthom ta’ pussess aggravat tad-droga u importazzjoni tal-istess sustanza.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ċaħad it-talba għal-libertà proviżorja u ordna sabiex ir-raġel jinżamm fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

L-investigazzjoni qed titmexxa mill-pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Il-Kokaina tibagħtu 10 snin ħabs u tiswieħ multa ta’ €25,000

David Castillo Rafael mill-Bolivja weħel 10 snin ħabs u multa ta’ €25,000 wara li wieġeb li hu ħati ta’ importazzjoni u traffikar tad-droga.

Din id-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Il-qorti ordnatlu wkoll iħallas is-somma ta’ €4,273.70 għall-ispejjeż tal-Qorti.

Send this to a friend