Notifiki

Il-Koħħu kien u għadu jibża’ mill-aħwa Degiorgio

Vince Muscat, il-Koħħu qal li kien ilu jaf lill-aħwa George u Alfred Degiorgio għal erbgħin sena u tenna li kien u għadu jibża’ minnhom.

Dan intqal hekk kif fil-Qorti sar il-kontro-eżami ta’ Vince Muscat hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront tal-aħwa Alfred u George Degiorgio, li huma akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar

L-MEPs Nazzjonalisti u esponenti tagħhom iridu dibattitu f’nofs ix-xhieda tal-Koħħu

Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista fi Brussell iridu dibattitu dwar dak li qiegħed jgħid ix-xhud fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan stqarru l-Membru Parlamentari Ewropew Laburista, Cyrus Engerer f’diskors li sar fuq il-mezzi soċjali dalgħodu fejn qal li dan qed isir “akkost li ma toħroġx il-verità fil-Qorti u ma ssirx ġustizzja.”Aqra aktar

Tkompli tinstema’ x-xhieda tal-Koħħu fil-kumpilazzjoni tal-aħwa Degiorgio

Vincent Muscat magħruf bħala l-Koħħu spjega kif kien hemm pjan ieħor li tinqatel Daphne Caruana Galizia permezz ta’ AK47 wara li joħorġu b’vann minn sqaq ftit ’l isfel minn fejn kienet toqgħod hi. Dan ħareġ f’awla 22 fejn kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ kontra l-aħwa George u Alfred Degiorgio li qed ikunu mixlija b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Aqra aktar

Kienu lesti jisplodu l-bomba bil-qraba magħha

L-aħwa Alfred u George Degiorgio kienu lesti jisplodu l-bomba ta’ Daphne Caruana Galizia anke bi qraba magħha.

Dan intqal minn Vince Muscat, il-Koħħu waqt li kien qed jixhed fil-konfront tal-aħwa Alfred u George Degiorgio.

Dan wara li fl-aħħar ta’ Frar ammetta li qatel lil Caruana Galizia u ġie kkundannat ħmistax-il sena ħabs.Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa” – il-PM dwar l-aħħar żviluppi

Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa.

Hekk sostna l-Prim Ministru Robert Abela waqt konferenza tal-aħbarijiet li indirizza l-Ħamis filgħodu wara li erba’ persuni tressqu l-Qorti fis-sigħat li għaddew b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop.

“Il-Gvern li mmexxi jien huwa forza favur is-sewwa.”

Aqra aktar

Send this to a friend