Knisja – Page 8 – One News

Notifiki

Għall-ewwel darba, fratelli nisa

Waqt purċissjonijiet fil-festi Maltin, normalment naraw irġiel libsin ta’ fratelli. Din is-sena, għall-ewwel darba, f’Birkirkara ser ikunu qed jakkumpanjaw lill-irġiel in-nisa wkoll.

Erba’ żgħażagħ nisa se jiehdu il-professjoni ta’ frattelli wara li tul is-sena attendew ghall-funzjonijiet u purcissjonijiet kollha. B’hekk se jiffurmaw parti mil-fratellanza tas-sagrament kif ukoll dik ta’ San Gużepp.

Tkellimna ma’ Pawlu Muscat rettur tal-fratellanzi ta’ Sant’ Elena, li spjegalna kif fuq il-karta nisa dejjem kien hemm, iżda bil-fatti kien jiġri mod ieħor.

Aqra aktar

L-Isqof id f’id mal-Imam

Illum kien jum speċjali għall-Katidral ta’ Għawdex għaliex għal Pontifikal ta’ Santa Marija li mexxa l-Isqof Mario Grech kien mistieden l-Imam Mohammed El Sadi tal-Komunita’ Musulmana f’pajjiżna flimkien ma’ rappreżentanti tal-istess Komunita’.

Aqra aktar

Il-but tal-Knisja aktar mimli

L-Arċidjoċesi ta’ Malta għalqet is-sena 2015 b’ surplus ta’ €2,700,000. Dan skont ir-rapport finanzjarju ppublikat illum li ta stampa tal-but tal knisja fl-2015.

Aqra aktar

Restawr fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesú

Huma ħafna dawk li jammiraw ir-rikezzi u l-opri artistiċi li dejjem żewqu l-knejjes tagħna.

Dalgħodu l-ġurnalist Ayrton Mifsud mar ir-Rabat hekk kif bħalissa l-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesu tinsab fi stadju avvanzat f’xogħol ta’ restawr.

Aqra aktar

Waqa’ l-Papa!

Nistgħu insejħulha ‘waqa’ Papali’ dik li ġrat lill-Papa Franġisku waqt ċelebrazzjoni tal-quddiesa fil-Polonja.

Qed jiżdied it-tħassib, peress li l-Papa ħadha għall-wiċċu kemm-il dabra f’dawn l-aħħar sentejn.

Ta’ Kana kontra l-morning after pill, imma mhux dejjem

Il-Moviment Kana fi stqarrija esprima l-opinjoni tiegħu dwar il-legalizazzjoni tal-Morning After Pill.

Stqarr li d-dibattitu fuq is-suġġett għandu jkun informat u jsir fid-dawl tal-fatti xjentifiċi. Qalu wkoll li d-dritt tal-ħajja huwa l-ogħla dritt fundamentali u fil-prinċipju jisboq kull dritt ċivili. Filwaqt li l-Moviment Kana huwa favur id-dinjità sħiħa tal-mara u jaqbel li l-mara għandha jkollħa għarfien u kontroll dejjem akbar tas-saħħa riproduttiva tagħha, dan b’ebda mod ma jiżboq id-dritt tal-ħajja tal-aktar vulnerabbli.

Aqra aktar

Tmien saċerdoti ġodda

Tmien djakni saru saċerdoti. L-ordinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis-6:00 p.m. It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

Aqra aktar

L-Azzjoni Kattolika dwar id-‘dnubiet orrendi’

“Nixtiequ ninnutaw kif il-Knisja għarfet l-iżbalji gravi li kienu qed isiru minn xi persuni fi ħdanha u qed taħdem biex dawn id-dnubiet orrendi ma jibqgħux iseħħu u li jekk iseħħu jiġu mikxufa u ndirizzati kemm jista’ jkun malajr u fl-akbar interess u ġid tal- persuna vulnerabbli”.

Dan qalitu l-Azzjoni Kattolika Maltija, li tirrappreżenta lajċi Kattoliċi. Fi stqarrija laqgħu r-rapport maħruġ mis-Safe Guarding Commission tal-Knisja Maltija fil-bidu ta’ dan ix-xahar. L-Azzjoni qalet li hu fl-interess tagħha li jkunu aċċertati li l-Knisja tagħmel kull ma tista’ biex tassigura li jiġu evitati u ndirizzati kull każ ta’ abbuż.

Aqra aktar

Il-Knisja b’ħafna abbuż ‘falz’

Minn 27 ilment li rċeviet is-Safeguarding Commission tal-Kurja dwar tfal vulnerabbli bejn Frar u Diċembru 2015, kien hemm każ wieħed fejn l-allegazzjoni ġiet sostanzjata. F’dan il-każ il-Kummissjoni rrakomandat li jittieħdu l-passi meħtieġa.

L-ilmenti l-oħra konklużi jew ma ġewx ipprovati jew l-allegazzjoni kienet falza, inkella saru b’mod malizzjuż jew ma kinux jitrattaw abbuż.

Aqra aktar

Send this to a friend