Knisja – Page 6 – One News

Notifiki

Aktar minn 1,600 japplikaw online għall-iskejjel tal-Knisja – fadal 878 post vakanti

Sal-lum, mill-kriterji kollha għad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja, 1,620 ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom online.

Il-Bord tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja issa qed jilqa’ applikazzjonijiet tard skont il-Kriterju ‘Applikanti Oħra’, għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja fl-ewwel sena kindergarten, it-tieni sena kindergarten, l-ewwel sena primarja u l-ewwel sena sekondarja, għas-sena skolastika 2017 – 2018. Wieħed jista’ japplika online fuq www.knisja.org/applications sa nhar il-Ħamis, 23 ta’ Frar 2017, jew imur il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, jew fl-iskola St Michael, Santa Venera, nhar il-Ħamis, 23 ta’ Frar 2017, bejn id-9am u s-1pm.

Wara li ġew milqugħa l-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju u tal-Każijiet Serji tal-Ewwel Kriterju, in-numru ta’ postijiet vakanti għall-‘Applikanti l-Oħra’ huwa ta’ 878 minn total ta’ 1,564 post. Il-postijiet vakanti għall-‘Applikanti l-Oħra’ huma maqsumin hekk:

Aqra aktar

Terġa’ tfeġġ wara snin mgħerrqa

Knisja storika li għandha madwar 400 sena reġgħet ħadet in-nifs hekk kif inkixfet minn taħt l-ilma wara kważi diċenju mgħerrqa kompletament.

Jidher li filwaqt li tqatta’ ħafna minn ħinha taħt l-ilma, din il-Knisja Dumnikana fil-Messiku għadha f’kundizzjoni tajba fejn skond filmati miġbudin minn drone tidher bi struttura intatta.

Aqra aktar

Kontra l-abbużi tat-tfal fil-futbol u fil-Knisja

Andrew Azzopardi huwa Safeguarding Officer tal-MFA u tal-Kurja Arċiveskovili lokali, u jinsab fil-qalba tal-isfida kontra l-abbużi fil-futbol u fil-Knisja lokali. L-għan prinċipali tal-ħidma tiegħu huwa l-protezzjoni tat-tfal u tal-minorenni minn kull tip ta’ abbuż. Il-gazzett KullĦadd tkellmet miegħu dwar iż-żewġ esperjenzi.

Irrakkontalna ftit fuq it-tfulija tiegħek.

Qegħdin ħamsa fid-dar, ħamest itfal u jien iż-żgħir. Kelli tfulija sabiħa, xejn ta’ barra minn hawn. L-ewwel sena nofs ta’ ħajti għextha s-Saudi Arabja għax missieri kien jaħdem hemm. Imbagħad ġejna Malta. Trabbejt is-Swieqi. Dak iż-żmien kien villaġġ żgħir, ma tantx kienu jafu bih. Illum kiber u nbidel ħafna. Għandi memorji sbieħ ħafna ta’ tfuliti. Kont immur skola l-Kulleġġ San Alwiġi.

Aqra aktar

1,354 żwieġ fil-knisja fl-2016

In-numru ta’ żwiġijiet fil-Knisja li ġew irreġistrati fl-Arċidjoċesi ta’ Malta fis-sena 2016 kien ta’ 1,354. Minn dawn, 1,160 żwieġ kienu bejn Maltin. Kien hemm ukoll 73 żwieġ bejn Maltin u barranin.

Dawn kienu mqassmin hekk: 39 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Kattoliċi barranin; 26 żwieġ bejn Kattoliċi Maltin u Insara mhux Kattoliċi barranin; 8 żwiġijiet ta’ Maltin ma’ barranin li mhumiex Insara. Ġew rreġistrati wkoll 10 żwiġijiet bejn Maltin li qed jgħixu f’pajjiżi oħra, u 111-il żwieġ bejn koppji barranin.

Aqra aktar

IKOLLU JIRRIŻENJA! Ġlieda bejn il-Papa u l-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta dwar condoms

Wara ġlieda dwar il-condoms, il-Gran Mastru tal-Ordni ta Malta Matthew Festing kellu jirriżenja.

Il-kap tal-Ordni Sovran Militari u Ospitalier ta’ San Ġwann, Matthew Festing, li jiġi l-Gran Mastru tal-Ordni, kien oppona investigazzjoni tal-Vatikan, għax sostna li timmina s-sovrenità tal-Ordni. Qal li jinsab inkwetat immens fuq il-kunflitt mal-Vatikan, u li l-Kavallieri mhux se jikkoperaw fejn tidħol investigazzjoni fuq l-affarijiet interni tal-Ordni.

Isib it-tama fi knisja abbandunata

Meta Greg Thomas, raġel ta’ 57 sena, u familtu ngħataw l-aħbar li jistgħu jibdew jippreparaw għall-funeral tiegħu l-unika moment ta’ paċi li seta’ jsib kien li jmur mixja bil-kelba qalb l-għelieqi f’Minnesota.

Aqra aktar

Jappella lill-Knisja ma tidħolx f’suġġetti ta’ natura politika

Parlamentari Laburista lbieraħ filgħaxija appella lill-Knisja f’Malta biex ma tidħolx f’suġġetti ta’ natura politika u ma tirrepetix l-iżbalji tal-passat.

Meta kien qed jitkellem fl-aġġornament, il-membru parlamentari Laborista Etienne Grech qal jekk il-Knisja f’Malta taġixxi bħal entità politika, l-istruttura tagħha se titpoġġa f’pożizzjoni stramba biex topera f’soċjetà demokratika. Fl-imgħoddi, l-Knisja mhux dejjem imxiet kif kellha timxi u għamlet diversi żbalji għax ma tistax tkun bħal partit politiku jew NGO.

Huwa fakkar li kien hemm żmien meta ħadet deċizjonijiet li mhux dejjem kienu fl-interess tan-nies. Madankollu ammetta li minkejja kollox għal mijiet ta’ snin il-Knisja f’pajjiżna kienet kruċjali biex iżżomm l-għaqda fost il-Maltin.

Aqra aktar

Se jsir restawr fil-kappella ‘Ta’ Bernarda’ li għandha 350 sena

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar approvat xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata u l-ħitan ta’ ġewwa ta’ kappella ddedikata lill-Assunzjoni fil-Għargħur. Din hija kappella li għandha 350 sena u li tinsab fi Triq il-Kbira. Hija magħrufa bħala Ta’ Bernarda għax kienet ta’ ċertu Bernarda Cauchi.

Fost oħrajn se jitneħħa ħaxix ħażin mill-faċċata, se titranġa ż-żebgħa, titneħħa l-moffa u tingħata trattament lil ġebel li qed jiddeterjora. Se jintlew ukoll spazji li nħolqu fil-ġebel biż-żmien.

Aqra aktar

Jitlesta r-restawr tal-Knisja ta’ Ġieżu fir-Rabat

F’dawn iż-żminijiet ta’ festi ġie inawgurat restawr estensiv li sar fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat.

Restawr li dam għaddej għal sena u nofs u li sewa ’l fuq minn mija u disgħin elf ewro.

Patri Martin Coleiro, il-Gwardjan tal-Komunità Franġiskana tar-Rabat li tieħu ħsieb din il-Knisja, spjega aħjar fiex kien jikkonsisti dan ir-restawr.

Aqra aktar

L-Imsida tiċċelebra l-150 sena mit-twaqqif tal-parroċċa

L-Imsida tat bidu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-150 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tal-Imsida. Dan billi bdew is-sena bit-tqaddis tal-quddiesa li kienet immexxija minn Mons J Galea Curmi, il-Vigarju Ġenerali fil-Knisja Parrokkjali San Ġużepp.

Permezz ta’ din il-quddiesa bdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ dan l-anniversarju fejn inxtegħelet il-Luċerna li se tibqa’ fuq l-artal matul is-sena.

Aqra aktar

Send this to a friend