Knisja – Page 5 – One News

Notifiki

FILMAT: Restawr fuq l-għaxqa taż-Żwieten

Iż-Żwieten huma sodisfatti li fl-aħħar ġimgħat beda x-xogħol fuq il-Knisja ta’ Santa Katarina.

Għan-nies ta’ dan ir-raħal din il-Knisja għandha valur enormi. Iżda din hi waħda mill-Knejjes madwar il-pajjiż li l-valur tagħha jmur lil hinn mill-konfini tal-lokalita anke għaliex inbniet bejn is-snin elf sitt mija tnejn u disgħin u l-elf sebgħa mija u għoxrin.

Ir-restawr qed isir riżultat ta’ finanzjament pubbliku taħt it-tmexxija tad-Direttorat għar-Restawr. Dan ukoll bl-involviment tal-kumpanija Taljana Salvatore Pitrolo li ntgħażlet wara sejħa għall-offerti.

Id-Direttur għar-Restawr, Norbert Gatt, spjega d-dettalji ta’ dan il-proġett li huwa wieħed minn kullana fin-nofsinhar tal-pajjiż.

Aqra aktar

Il-Knisja tinsisti li ż-żwieġ jibqa’ bejn mara u raġel biss

“Il-Parlament Malti lbieraħ approva l-Att tal-2017 li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn. Din il-liġi tieħu t-tifsira taż-żwieġ u tapplikaha wkoll għal relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess. Minkejja dak li tgħid il-liġi, li tqis l-istess dak li mhuwiex l-istess, iż-żwieġ jibqa’ dejjem ir-rabta esklussiva bejn raġel u mara, li hu miftuħ għat-tnissil tal-ulied.”

Din kienet ir-reazzjoni tal-Isqof ta’ Malta Charles J.Scicluna u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, li fi stqarrija li ppubblikaw qalu li l-mudell taż-żwieġ huwa biss bejn ir-raġel u l-mara; “mudell li dejjem ħaddnet l-umanità u mhux biss il-viżjoni Nisranija taż-żwieġ.”

Aqra aktar

Tal-Karmnu se tingħata l-glorja tagħha lura

Ħafna jibqgħu mistagħġba bil-bażilika tal-madonna tal-karmnu, fil-famuża skyline tal-Belt Valletta. Issa din se tingħata l-glorja lura hekk kif se jibda proġett ta’ tqegħid tal-irħam mal-art tal-knisja, li għal snin twal il-konkos li kien qed jgħattiha kien qed inaqqas mis-sbuħija tal-binja storika u monumentali tagħha.

Aqra aktar

L-IRXOXT TA’ B’BUGIA SE JERĠA’ JOĦROĠ

Il-festa bl-istatwa ta’ Kristu Irxoxt kull ma tmur qed iżżid fil-popolarità fl-irħula Maltin u Għawdxin.

F’Birżebbugia statwa tal-Irxoxt se terġa’ tfeġġ mill-bieb tal-każin tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru wara tmintax-il sena.

U dan għaliex kollox jidher li l-awtoritajiet ekkleżjaztiċi rħew ftit idejhom.

Aqra aktar

Il-Professur Mifsud irid skuża mingħand l-Arċisqof

Il-Professur tal-Malti, Manwel Mifsud, qed jippretendi skuża mingħand l-Arċisqof. Il-Professur Mifsud spiċċa barra mir-Radju tal-Knisja, l-RTK, wara bidliet li raw il-programm tiegħu dwar il-Malti jkun fost dawk li spiċċaw anke jekk kien fost l-iktar popolari.

Aqra aktar

Min għandu jkun fuq l-artal?

Kitba ta’ Charles B. Spiteri

F’Malta u Għawdex konna drajna b’listi twal ta’ saċerdoti, bilkemm mhux aktar milli konna neħtieġu. Iżda aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed nesperjenza in-nuqqas tagħhom, tant li l-bażiliki u parroċċi spiċċaw bis-servizz ta’ tnejn jew tliet saċerdoti. Il-gazzetta KullĦadd tistħarreġ dan u deċiżjonijiet oħra li jistgħu jidhru marbuta miegħu. Aqra aktar

Il-kripta fejn kien midfun Kristu “f’periklu kbir li tiġġarraf”

Xjentisti għadhom kif għamlu sejba li “hemm riskju kbir” li l-kripta ta’ fejn indifen Kristu jaf tiġġarraf minn ħin għal ieħor, jekk ma jsir xejn biex jitranġa l-bażi tagħha. Dan ħareġ hekk kif qed isir xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja ta’ Santu Sepulkru f’Ġerusalem.

Tim xjentifiku min-National Technical University f’Ateni, li għadha kif lestiet ix-xogħol ta’ restawr fuq dak li tradizzjonalment emmnut li hu l-qabar ta’ Kristu li jinsab f’Ġerusalem, qed twissi li hemm bżonn ta’ xogħol addizzjonali sabiex jiġi pprevenut milli tiġġarraf l-istruttura.

Aqra aktar

26 rapport ta’ serq minn knejjes

Fl-2016 il-Pulizija rċeviet 27 rapport ta’ serq minn knejjes. Minn dawn, 9 każi kienu serq ta’ oġġetti appartenenti għall-istituzzjoni u 18 il-rapport kienu dwar serq ta’ oġġetti fuq viżitaturi. Ħames rapporti saru fil-lokalità tal-Belt Valletta, tlieta Birkirkara, tnejn il-Ħamrun, tas-Sliema u Żebbug. Il-lokalitajiet Bormla, Dingli, Fgura, Għarb f’Għawdex, il-Marsa, il-Mellieħa, il-Mosta, Raħal Ġdid, Ħal-Qormi, San Ġiljan, Sannat f’Għawdex, Santa Venera u Ħal Tarxien kellhom rapport wieħed rispettivament.

Aqra aktar

Send this to a friend