Notifiki

BIL-FILMAT: Iniżżlu lil Kristu minn fuq is-salib u jimxu bih sal-monument fil-Birgu

Fil-Ġimgħa l-Kbira, qabel l-Adorazzjoni tas-Salib tat-tlieta ta’ waranofsinhar, fil-Knisja ta’ San Duminku fil-Birgu saret tradizzjoni antika u unika f’pajjiżna.

Wara l-Via Sagra, li daret l-erbatax-il stazzjon, il-patrijiet Dumnikani flimkien mal-Frattellanza tar-Rużarju, niżżlu l-figura ta’ Ġesù msallab minn fuq is-salib.

Il-Pirjol tad-Dumnikani fil-Birgu spjega kif din it-tradizzjoni tmur lura għas-snin tletin, meta Patri Nerik Vella kien ikkummissjona dan il-kurċifiss.

Aqra aktar

Ara minn fejn oriġina l-Erbgħa tat-Tniebri u x’jiġri fil-knejjes

Ir-raba’ jum tal-Ġimgħa Mqaddsa u jumejn qabel il-mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-ġurnata tad-dlamijiet jew kif magħrufa aħjar, l-Erbgħa tat-Tniebri.

Fil-jum li l-Knisja Kattolika tħejji ruħha għall-mument tal-passjoni ta’ Kristu, fin-Naxxar dan l-istazzjon iltaqa’ ma’ Monsinjur Richard Borg, li spjega minn fejn orġina l-Erbgħa tat-Tniebri.

Qal, “Il-kelma tniebri ġejja minn tenebre kelma latina u bil-Malti tfisser dlamijiet u dellijiet. Dan iż-żmien il-knejjes kienu jkunu miksijin bid-damask iswed u jkunu f’atmosfera ta’ dlam.”

Aqra aktar

Send this to a friend