Klieb u qtates jistgħu jżuru pazjenti u anzjani fl-isptar

Il-pazjenti fl-isptar ta’ Lombardija u l-anzjani li jgħixu f’djar għall-anzjani se jkunu jistgħu jgawdu mill-kumpanija tal-annimali tagħhom hekk kif bħala waħda mir-regolamenti li ġew introdotti biex l-annimali domestiċi jiġu protetti u ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom, tippermetti li klieb u qtates jistgħu jżuru pazjenti u anzjani.

Aqra aktar

Iqattgħu vaganza f’Malta b’volontarjat mal-klieb

Żewġ turisti Ġermaniżi li ġew vaganza f’pajjiżna, iddeċidew li jqattgħu ftit sigħat mal-klieb li jinsabu fis-santwarju tal-annimali tal-AAA.

Din ma kinitx l-ewwel darba li turisti jfittxu dawn is-santwarji biex jagħtu daqqa t’id lill-volontiera Maltin li jaħdmu qatigħ ta’ kuljum  biex dawn il-klieb jingħataw ħajja diċenti u mimlija mħabba filwaqt li jipprovaw isibulhom dik id-dar li toffrilhom tama ġdida.

Aqra aktar

Patt għall-ħarsien tal-annimali tul il-Presidenza

Intalbet l-implimentazzjoni ta’ politika li tħares id-drittijiet tal-annimali, b’mod partikolai dawk li kapaċi jinżammu bħala pets, waqt Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew. Dan bil-preżentazzjoni ta’ Memorandum mill-Eurogroup for Animals il-Ġimgħa filgħaxija.
Aqra aktar

Meta l-klieb ta’ kontra d-droga tal-ħabs spiċċaw pets tal-ħabsin….

Il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li l-akbar problema li għandu l-Partit Nazzjonalista hija dik ta’ kredibilità u din hija akbar fejn tidħol il-ġlieda kontra d-droga fil-ħabs.

Huwa kien qed jirreaġixxi għal diskors li għamel id-deputat kap tal-partit, Beppe Fenech Adami li fih m’għamilx proposta waħda dwar il-forzi dixxiplinati Maltin. Il-Ministru qal li fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra l-klieb li kien hemm il-ħabs biex jaraw li ma tidħolx droga spiċċaw pets tal-ħabsin.

Il-Ministru qal li l-faċilità korrettiva ta’ Kordin għandha tikontribwixxi biex dawk fiha jiġu rijabilitati u meta joħorġu jikkontribwixx lis-soċjetà. Il-gvern huewa kommess li jkompli jtejjeb l-istruttura tal-faċilità b’investiment, management u amministrazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend