Il-kelb li nstab abbużat ġie adottat!

Il-kelb li kien fuq fomm kulħadd issa jinsab imfejjaq u sab familja li żgur se tkun qed ittih ħajja isbaħ. Dan il-kelb tar-razza boxer safa vittma ta’ abbuż u saħanistra nstabulu fdalijiet taċ-ċomb f’rasu. Dan il-kelb kien maħqur mill-bniedem, saħansitra qatawlu denbu u użaw imqass jew makkinarju biex jaqtgħulu widnejh.

Aqra aktar

Lura Malta wara sentejn jitħarreġ kif jgħallem klieb gwida – intervistat minn sit barrani

Sit barrani bl-isem ta’ Herald Sun irrapporta l-istorja ta’ raġel Malti dwar kif wara sentejn jitħarreġ dwar kif għandu jħarreġ klieb gwida, Luca Taliana, issa lest li jirritorna lura lejn Malta biex iwettaq dak li tgħallem dwaru.

Taliana tgħallem dwar kif għandu jħarreġ klieb gwida bis-saħħa ta’ Guide Dogs Victoria fl-Awstralja, grazz għal programm ikkordinat bejn il-grupp ta’ Victoria u l-Fondazzjoni Maltija għall-Klieb Gwida.

Aqra aktar

Jagħmlu l-oppost ta’ dak li qalilhom it-tabib

Sanjana Madappa u Aditya Raheja, koppja li għandhom il-klieb bħala membri tal-familja u li kien se jkollhom tarbija, għamlu l-oppost ta’ dak li qalilhom it-tabib u tal-familja. Dan hekk kif kulħadd beda itihom il-parir biex jeħilsu minnhom għax it-tarbija għandha tiġi l-ewwel.

Aqra aktar

BIR-RITRATTI: ‘Tour bus’ għall-klieb f’Londra

Illum il-ġurnata l-klieb saru jagħmlu kollox minn sidhom, isiefru, jixtru, restoranti u saħansitra jakkumpanjawhom fuq il-post tax-xogħol. Issa lill-klieb tiegħek tista’ teħodhom ukoll fuq tour bus l-Ingilterra. Din hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha u toffri vjaġġi lil kull tip ta’ kelb madwar l-Ingilterra, liema vjaġġi matulhom il-kelb tiegħek jista’ jieqaf u jgawdi ukoll żoni apposta għal klieb.

Aqra aktar

FILMAT: Il-mument li l-ħaddiema tas-salvataġġ sabu tliet ġriewi taħt il-borra

Il-ħaddiema tas-salvataġġ fl-Italja salvaw il-ħajja mhux biss tal-bnedmin li nstabu midruba taħt il-borra, wara valanga, iżda anke ta’ tliet ġriewi.

Fost id-dieqa, wara jiem ta’ ħidma u sejbiet ta’ katavri, tispikka s-sens ta’ sodisfazzjoni u tbissima fuq fomm il-ħaddiema li sabu ħajjin dawn il-klieb li kienu ilhom sigħat twal f’kesħa xxoqq il-għadam taħt is-silġ.

Aqra aktar

FILMAT: Il-veterinarju li telqet minn pajjiżha biex tfejjaq il-klieb tas-Sri lanka

Timmaġinak titlaq minn pajjiżek biex tieħu ħsieb il-klieb li jgħixu fit-toroq? Din hija deċiżjoni diffiċli, iżda deċiżjoni li ħadet veterinarju mir-Renju Unit, li ħalliet kollox warajha u marret tgħix is-Sri Lanka biex tfejjaq u tagħti l-assistenza medika klieb li m’għandhomx saqaf fuq rashom.

 Janey Lowes ilha tagħmel dan għal dawn l-aħħar sentejn.

Aqra aktar

Klieb “miljunarji” jitwieldu f’Malta

Il-klieb huma popolari ferm fost il-Maltin, kemm bħala kumpanija, kif ukoll bħala membru tal-familja stess. Ħafna dilettanti jagħżlu li jmorru għal livell aktar professjonali u jnisslu l-klieb minn razzez puri.

Sa ġimgħa ilu ħadd ma kien jobsor li jnissel mir-razza Tibetan Mastiff f’pajjiżna; razza pura u popolari fil-kontinent Ażjatiku, però ħafna inqas fl-Ewropa.

Aqra aktar

Abbandunati imma jridu dar u xi ħadd li jħobbhom. Tista tgħin?

 

Mid-dehra saret moda li l-ġriewi jitħallew abbandunati f’kaxxi. Hekk ġara f’Għawdex, u fuq Facebook hemm ritratti ta’ seba’ minnhom, li qed ifittxu kenn permanenti.

F’appell imqanqal, Animal Welfare Gozo qalu li jekk hemm xi ħadd interessat li jibda jipprovdi kenn u mħabba għal dawn il-ġriewi, għandu jċempel fuq 79691717.

Dawn kollha jinsabu f’saħħithom, għandhom it-tilqim kollu neċessajri u għandhom iċ-ċippa.

 

Aqra aktar

Send this to a friend