Irid isalva l-klieb kollha tad-dinja

Ryan Anderson, ġuvni Awstraljan li jgħid li hu l-iktar persuna li jħobb il-klieb u juri dan billi ta kull jum isalva klieb minn sitwazzjonijiet diffiċli.

“Il-fultajm tiegħi hu li nsalva l-klieb u hi karriera li ma nibdel ma xejn. Din hi l-passjoni tiegħi u kif ukoll il-passatemp. Ħajti kompluta bis-saħħa tal-klieb,” qal dan Anderson.

Aqra aktar

Jekk għandek kelb, aqra din biex tifhem kif se taffetwak il-liġi

Regolamenti ġodda fl-Animal Welfare Act jikkonċernaw klieb li jinżammu marbuta.

Ħaġa li spiss narawha f’xenarju Malti, u fil-qilla tas-sajf jaf issir sitwazzjoni ta’ moħqrija.

Għalhekk fil-Parlament kien approvat abbozz ta’ liġi biex jemenda l-att dwar it-trattament xieraq tal-annimali. L-iktar emenda sinnifikanti hi li ebda persuna m’għandha żżomm kelb marbut, jew iġġiegħel lil kelb ikun marbut, maqful b’katina jew imrażżan ma’ xi oġġett stazzjonarju bħala mezz ta’ għeluq.

Aqra aktar

FILMAT: Ħidma tal-Pulizija li ma tidhirx

Tul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li pajjiżna bħalissa għandu t-tmum tagħha, il-ħidma tal-Pulizija Maltija tkompli bl-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ sigurtà.

F’dan il-filmat is-Surġent Christoper Formosa jispjega li l-maġġoranza tal-ħidma tal-Pulizija ssir minn wara l-kwinti, b’impenn u dedikazzjoni.

Aqra aktar

Is-suċċessi ta’ Luca u Żara

Luca Taliana ġie lura din il-ġimgħa minn Melbourne, fl-Awstralja, fejn temm b’suċċess kors ta’ sentejn, f’isem il-Fondazzjoni Maltija Klieb Gwida (MGDF) għand Guide Dogs Victoria, fejn ħa il-kwalifika ta’ Istruttur tal-Klieb Gwida u fil-Mobbiltà, kif ukoll Speċjalista fl-Orjentament u l-Mobbiltà.

Waħda minn numru ta klieb li Luca ħarreġ, Żara, ġiet lura ukoll fuq titjira separata din il-ġimgħa u ser jinstab xi ħadd li għandu bżonn kelba gwida biex ikun is-sieħeb ġdid tagħha.

Waqt li kien Melbourne, Luca kien ospitat mill Kunsill tal-Komunità Maltija fl-Awstralja.

Aqra aktar

RITRATTI: Klieb li serqu l-attenzjoni bil-kostum tagħhom fit-toroq Maltin

Hekk kif f’dawn il-jiem qed niċċelebraw il-Karnival, il-kompetizzjoni ta’ min hu liebes l-iżjed kostum sabiħ u oriġinali ma tonqosx.

Kompetizzjoni li ħafna drabi tkun bejn it-tfal u anke xi kultant bejn l-adulti, iżda din is-sena fil-Belt Valletta jaf tiltaqa’ ukoll ma’ xi kelb eroj jew ma xi qattusa prinċipessa.

Jidher li wara li saret moda li wieħed jixtri l-ħwejjeġ għall-annimali tiegħu, ma setax jonqos li jixtrilu kostum li jiġbed l-attenzjoni kull fejn imur.

Aqra aktar

Send this to a friend