kirurgu – One News

Notifiki

Kirurgu ordnat iħallas kumpens wara li kkawża diżabbiltà ta’ 75% fuq pazjent waqt intervent mediku

Kirurgu kien ordnat iħallas aktar minn €123,000 f’kumpens wara li mexxa operazzjoni biex jikkura problema f’dahar pazjent, iżda ħallih ipparalizzatt mill-għonq ‘l isfel.

Lawrence Mercieca, il-pazjent li meta saret l-operazzjoni kellu 56 sena, sofra 75% diżabbiltà f’Lulju tal-2001 meta saret operazzjoni f’daharu mmexxija mill-kirurgu Antoine Zrinzo.

Il-Qorti semgħet kif il-pazjent ikkonsulta mal-kirurgu, li qallu li qed isofri xi irregolaritajiet fis-sinsla ta’ daharu. Huwa ordna li ssirlu MRI biex tikkonferma l-kundizzjoni qabel mal-pazjent intbagħat jagħmel l-operazzjoni.Aqra aktar

Għandha 89 sena u għadha taħdem bħala kirurgu

Jekk taħseb li l-età titfak lura fil-karriera tiegħek, Alla Illyinichna Levushkina se tbiddillek fhemtek! Dan hekk kif ta’ kważi 90 sena għadha taħdem bħala kirurgu fl-isptar ta’ Ryazan City f’Moskow.

Fl-età ta’ 89 sena, Alla, għadha tagħmel madwar erba’ operazzjonijiet kuljum u tgħix f’appartament żgħir fejn tieħu ħsieb lin-neputi tagħha li għandu diżabilità u tmient iqtates. Hi ilha kirurgu għal dawn l-aħħar 67 sena u minkejja li għamlet ‘il fuq minn 10,000 operazzjoni, m’għandha l-ebda ħsieb li tieqaf.

Aqra aktar

Send this to a friend